Internazzjonali

Attakk Russu bil-missili fuq it-tieni l-akbar Belt Ukrena jħalli 7 persuni mejta…inkluż tfal

Seba’ persuni f’Kharkiv spiċċaw maqtula; dak hekk kif seħħ attakk Russu bil-missili, fuq it-tieni l-akbar belt tal-Ukrajna. Bl-Ukreni jisħqu li fost il-mejta kien hemm żewġt itfal.

Kelliema tal-Gvern Ukren qalu li l-missila ballistika għamlet ħsarat intensivi wkoll fuq  bini residenzjali f’Kharkiv – apparti min hekk, aktar minn għaxar persuni ndarbu fl-attakk russu, inklużi tlett itfal.

Intant issoktaw wkoll operazzjonijiet minn naħa tal-awtoritajiet Ukreni sabiex ineħħu l-fdalijiet u d-debri – f’tentattiv sabiex titkompla t-tfittxija għal aktar nies li setgħu sfaw taħt id-debri.

Min naħa tiegħu, il-President Ukren Volodymyr Zelensky saħaq li b’kollox r-Russja sparaw il-fuq minn 480 drone u 29 missila balistika – b’mod speċjali fuq faċilitajiet tal-enerġija u infrastruttura.

Zelensky qal wkoll li l-biċċa l-kbira tad-drones kienu ta’ tip li ġie ddisinjat mill-Iran, u li r-Russja użat biex tattakka l-Ukrajna ripetutament minn mindu seħħet l-invażjoni erba’ snin ilu.