SLIEMA WANDERERS….. 0
FLORIANA…………………….. 1
Sliema: R. Al Tumi, J. Borg, A. Magri Overend (W. Matos da Silva 58’), U. Duranovic, R. Prsa (M. Barros Santos 73’), G. Alcino, A. Seruca de Oliveira, S. Pisani, M. Awad, T. Espindola, J. Gomes Junior (L. Montebello 78’)
Floriana: G. Cioletti, M. Beerman, J. Grech, K. Dervisagic (R. Areias 83’), F. Varela, D. Vella, A. Kurtalic, A. Mabea (C. Zammit Lonardelli 72’), C. M’Mombwa, I. Mendonca, P. Mbong (A. Abreu 90+3’)
Imwissija: A. Magri Overend 41’, J. Gomes Junior 64’ (S), C. M’Mombwa 75’, A. Kurtalic 84’, D. Vella 90+3’ (F)
Skorja: F. Varela 70’ (F)
Referee: Ezekiel Barbara
Floriana aċċertaw għal ġimgħa oħra li se jibqgħu fil-quċċata tal-klassifika qabel tintemm l-ewwel fażi tal-Closing Round. Fid-Derby l-Antik ta’ Malta huma għelbu lil Sliema Wanderers 1-0 biex pattew ftit għad-diżappunt tal-ġimgħa l-oħra wara li sofrew il-gowl tad-draw lejn it-tmiem kontra Ħamrun Spartans.
Għal Sliema, dan ir-riżultat fisser li kompliet tikkomplika s-sitwazzjoni tagħhom biex ikomplu t-tieni fażi mal-ewwel sitta. Rebħa kontra Gżira United fl-aħħar logħba ta’ din il-fażi tista’ xorta ma twassalx għal post mal-ewwel sitta.
Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fis-70 minuta. Passaġġ tal-midfielder Dunstan Vella lejn FEDERICO VARELA li minkejja li kien issikkat minn Thiago Espindola, irnexxielu jegħleb lil Rashed Al Tumi b’konklużjoni mill-kaxxa.
ŻABBAR ST PATRICK……… 5
MOSTA……………………………. 3
Żabbar: I. Colombo, B. Gomes Figueiredo (M. Soldo 90+2’), P. Cejas (L. Rodrigues Mota 75’), B. Gambarte, N. Agius (Y. Im 46’), J. Micallef, A. Majok (M. Forte 86’), S. Jovancic, Z. Leonardi, K. Scicluna, J. Pisani
Mosta: D. Udoh Akpan, M. Bolanos Garcia (G. Sciberras 65’), N. Portelli, G. Goncalves, K. Zammit, J. da Silva Dias, P. Chibuzor, P. Cacho Alves, S. Zibo (A. Kozic 65’), J. Vassallo (S. Cachia 71’), L. Fernandes Joaquim
Imwissija: A. Majok 25’, N. Agius 38’, B. Gomes Figueiredo 79’ (Ż), D. Udoh Akpan 65’, L. Fernandes Joaquim 71’ (M)
Skorjaw: B. Gomes Figueiredo 13’, B. Gambarte 30’, Y. Im 49’, P. Cejas 69’, A. Majok 84’ (Ż), P. Chibuzor 8’, N. Portelli 15’, L. Fernandes Joaquim 75’ (M)
Referee: Emanuel Grech
Żabbar St Patrick tefgħu warajhom l-eliminazzjoni mill-FA Trophy u rritornaw għar-rebħ fil-kampjonat f’konfront importanti min-naħa ta’ isfel tal-klassifika. Dan ir-riżultat fisser li Żabbar għadhom mhux megħluba fil-kampjonat taħt it-tmexxija ta’ Gilbert Agius wara ħames partiti, b’żewġ rebħiet u tliet draws. Għal Mosta s-sitwazzjoni kompliet tikkomplika ruħha hekk kif issa jinsabu tmien punti taħt l-istess Żabbar u se jibdew it-tieni fażi tal-Closing Round fil-qiegħ tal-klassifika.
Kienu Mosta li fetħu l-iskor wara tmien minuti meta PRINCE CHIBUZOR iltaqa’ ma’ kross mil-lemin ta’ Leonardo Fernandes Joaquim u b’konklużjoni mill-kaxxa ż-żgħira għeleb lil Ignacio Colombo. Reazzjoni immedjata minn Żabbar li ġabu d-draw ħames minuti wara b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta’ BRUNO GOMES FIGUEIREDO.
Madankollu l-Mostin reġgħu ħadu vantaġġ immedjat żewġ minuti wara b’daqqa ta’ ras ta’ NEVIN PORTELLI wara kross ieħor ta’ Fernandes Joaquim. Żabbar reġgħu ġabu d-draw man-nofs siegħa logħob b’gowl mill-qrib tal-captain BRIAN GAMBARTE wara li konklużjoni ta’ Gomes Figueiredo kienet ġiet blokkata parzjalment minn Kurt Zammit.
It-tieni taqsima kompliet fuq l-istess livell. Żabbar St Patrick marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fid-49 minuta b’xutt b’saħħtu tas-sostitut YOUNGWON IM wara kross mil-lemin ta’ Ayom Majok. PEDRO CEJAS irdoppja l-vantaġġ għat-tim ta’ Gilbert Agius fid-69 minuta wara li rċieva mingħand Youngwon Im.
Mosta daħlu fil-logħba kwarta mit-tmiem b’xutt fuq il-ġirja ta’ LEONARDO FERNANDES JOAQUIM iżda Żabbar għalqu l-logħba fl-84 minuta b’konklużjoni fil-baxx ta’ AYOM MAJOK minn pożizzjoni ftit angolata.
GŻIRA UNITED…………… 1
HIBERNIANS………………. 0
Gżira: E. Colombo, D. Abela, A. Borg, B. Borg (A. Penha da Costa 46’), C. Failla, L. Riascos (M. Maia 64’), I. N’Sa Chrisnovic, D. Xuereb, J. Bonilla Calderon (M. Van de Bovenkamp 64’), M. Stojanovic, F. Silva Virgens (S. Bastic 65’)
Hibernians: C. Branescu, C. Attard (L. Caruana 74’), K. Shaw, B. Kristensen (D. Xuereb 79’), A. Diakite, K. Halabaku (S. Akinbule 79’), D. Bonnici (A. Silas 67’), C. Mendonca, P. Nunes Silva, M. Lima Duarte (R. Hernandez Arcadia 74’), C. Silva dos Santos
Imwissija: B. Borg 43’, E. Colombo 90+2’ (G), D. Bonnici 32’, R. Hernandez Arcadia 90+5’ (H)
Skorja: C. Failla 87’ (G)
Referee: Alex Johnson
Gżira United kważi aċċertaw minn post awtomatiku mal-ewwel sitta bi tliet punti importanti. Fuq in-naħa l-oħra, Hibernians pattew għal numru ta’ okkażjonijiet li setgħu għamlu aħjar quddiem il-lasta u dan ir-riżultat fisser li kważi huma destinati għal darba oħra għal mal-aħħar sitta wara li sofrew l-istess destin fl-Opening Round. Il-Pawlisti ilhom sitt logħbiet fil-kampjonat ma jiksbu l-massimu tal-punti.
Proprju kien l-eksplejer CLAYTON FAILLA li kkastiga lil Hibernians u ta tliet punti prezzjużi lil Gżira United. Il-veteran skorja minn free-kick fil-baxx fis-87 minuta, konklużjoni li ħabtet quddiem Constantin Branescu u qarrqet bil-gowlkiper Pawlist li seta’ biss imiss il-ballun.
Kif Jinsabu
| L | R | D | T | F | K | Pti | |
| Floriana | 10 | 7 | 3 | 0 | 18 | 5 | 24 |
| Ħamrun S. | 9 | 5 | 4 | 0 | 12 | 2 | 19 |
| Gżira U. | 10 | 5 | 2 | 3 | 13 | 10 | 17 |
| M’xlokk | 9 | 5 | 2 | 2 | 10 | 10 | 17 |
| Naxxar L. | 9 | 4 | 2 | 3 | 17 | 16 | 14 |
| Valletta | 9 | 3 | 4 | 2 | 12 | 5 | 13 |
| Sliema W. | 10 | 3 | 4 | 3 | 8 | 10 | 13 |
| Birkirkara | 9 | 3 | 3 | 3 | 10 | 7 | 12 |
| Hibernians | 10 | 3 | 2 | 5 | 10 | 15 | 11 |
| Żabbar SP | 10 | 2 | 3 | 5 | 12 | 14 | 9 |
| Tarxien R. | 9 | 1 | 2 | 6 | 7 | 17 | 5 |
| Mosta | 10 | 0 | 1 | 9 | 5 | 23 | 1 |
Logħob li jmiss
Il-Ħadd 8 ta’ Marzu
Tony Bezzina Stadium: Ħamrun Spartans v Birkirkara 2.00pm, Marsaxlokk v Naxxar Lions 4.30pm
National Stadium: Valletta v Tarxien Rainbows 4.00pm
//= $special ?>

