Formula 1 Sport

George Russell bl-aħjar ħin għall-ewwel tellieqa tal-istaġun

George Russell fuq Mercedes rebaħ l-ewwel pole-position tal-istaġun il-ġdid tal-Formula 1.
George Russell fuq Mercedes rebaħ l-ewwel pole-position tal-istaġun il-ġdid tal-Formula 1.

George Russell kiseb l-aħjar ħin fil-Provi Uffiċjali għall-ewwel Grand Prix tal-istaġun wara li kiseb l-aħjar ħin fiċ-ċirkwit ta’ Albert Park fl-Awstralja. Il-Britanniku kien l-aħjar fiż-żewġ fażijiet ta’ kwalifikazzjoni u l-ħin li għamel kmieni fl-aħħar fażi kien biżżejjed biex għeleb l-isfida tal-eqreb rivali tiegħu.

Il-ġurnata ta’ Mercedes ma setgħetx kienet aħjar. Is-sewwieq l-ieħor Kimi Antonelli kklassifika fit-tieni post wara li rkupra fil-ħin wara inċident fit-tielet sessjoni ta’ prattika ftit sigħat qabel. Riżultat pożittiv ukoll għal Isack Hadjar fid-debutt ma’ Red Bull bit-tielet post. Hu se jkun akkumpanjat fit-tieni filliera mis-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc.

Probabbilment l-aħbar tal-ġurnata daret madwar Max Verstappen. Is-sewwieq Olandiż ta’ Red Bull se jkollu jibda l-ewwel tellieqa tal-kampjonat mill-aħħar postijiet wara li ma għamilx ħin fl-ewwel fażi, kawża ta’ inċident fl-ewwel kantuniera taċ-ċirkwit.

Sessjoni kwieta għal McLaren biż-żewġ sewwieqa se jibdew it-tnejn fit-tielet filliera. Oscar Piastri se jibda mill-ħames post fit-tellieqa ta’ pajjiżu filwaqt li r-rebbieħ tal-istaġun li għadda Lando Norris ftit spikka u kellu jikkuntenta bis-sitt post.

Ftit wara Norris, ikklassifika l-veteran Lewis Hamilton segwit mis-sewwieqa ta’ Racing Bulls Liam Lawson u d-debuttant Arvid Lindblad. Gabriel Bortoleto impressjona u kkwalifika għall-aħħar fażi madankollu ma għamilx ħin minħabba kwistjoni teknika.

Is-sewwieqa ta’ Haas u Alpine sfaw eliminati fit-tieni fażi tal-provi uffiċjali filwaqt li s-sewwieqa Sergio Perez u Valtteri Bottas tad-debuttanti Cadillac kienu eliminati fl-ewwel fażi. Minbarra Verstappen, Carlos Sainz ta’ Williams u Lance Stroll ta’ Aston Martin ukoll ma għamlux ħin u se jibdew mill-aħħar postijiet. Il-Grand Prix tal-Awstralja tibda għada fil-5.00pm.

Sewwieq                          Tim                       Q1                        Q2                        Q3

1. George Russell           Mercedes           1:19.507             1:18.934             1:18.518

2. Kimi Antonelli             Mercedes           1:20.120             1:19.435             1:18.811

3. Isack Hadjar                Red Bull              1:20.023             1:19.653             1:19.303

4. Charles Leclerc          Ferrari                  1:20.226             1:19.357             1:19.327

5. Oscar Piastri               McLaren             1:19.664             1:19.525             1:19.380

6. Lando Norris               McLaren             1:20.010             1:19.882             1:19.475

7. Lewis Hamilton          Ferrari                  1:19.811             1:19.921             1:19.478

8. Liam Lawson              Racing Bulls      1:20.491             1:20.144             1:19.994

9. Arvid Lindblad            Racing Bulls      1:20.409             1:19.971             1:21.247

10. Gabriel Bortoleto    Audi                     1:20.495             1:20.221             Bla ħin

Eliminati fit-Tieni Fażi

11. Nico Hulkenberg     Audi                     1:21.024             1:20.303

12. Oliver Bearman        Haas                    1:21.247             1:20.311

13. Esteban Ocon          Haas                    1:20.759             1:20.491

14. Pierre Gasly              Alpine                  1:21.138             1:20.501

15. Alexander Albon      Williams             1:21.051             1:20.941

16. Franco Colapinto    Alpine                  1:21.200             1:21.270

Eliminati fl-Ewwel Fażi

17. Fernando Alonso    Aston Martin     1:21.969

18. Sergio Perez              Cadillac              1:22.605

19. Valtteri Bottas          Cadillac              1:23.244

20. Max Verstappen      Red Bull              Bla ħin

21. Carlos Sainz             Williams             Bla ħin

22. Lance Stroll              Aston Martin     Bla ħin