Lokali

Għada maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista

Il-Ħadd 8 ta’ Marzu il-Partit Nazzjonalista ser jkun qed itella’ maratona ġbir ta’ fondi – bil-għan li l-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jkompli jissaħħaħ, bid-donazzjonijiet tan-nies. Dan anke meta d-data tal-Elezzjoni Ġenerali dejjem aktar qed toqrob.

Intant, propju f’jum il-mara, l-attivitajiet relatati ma’ dan il-jum se jkomplu fil-maratona ta’ ġbir ta’ fondi li se tibda fit-3:00pm.

Il-maratona se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq Net Television kif ukoll fuq Net FM – Dan fost kantanti u preżentaturi sinonimi mat-telespettaturi