Lokali

Ic-CPD jissejħu fiż-żona tal-Fawwara wara li żviluppa nar f’barriera

Il-Pulzija għadhom kemm ġew infurmati b’nirien li żviluppaw f’barriera f’Ħad Dingli

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:45 pm fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Żuta, limiti ta’ Ħad Dingli.

Intant, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ ukoll avviż lill-pubbliku fejn qal li bħalissa qed jirrispondi għal nar industrijali fiż-żona ta’ Ħad Dingli.

Il-pubbliku qed jiġi mitlub jevita l-inħawi minħabba raġunijiet ta’ sigurtà u minħabba l-operazzjonijiet ta’ emerġenza li għaddejjin.

Ir-residenti fil-lokalitajiet fil-qrib, fosthom Ħad Dingli u r-Rabat, huma wkoll avżati biex iżommu l-bibien u t-twieqi magħluqa bħala prekawzjoni minħabba d-duħħan.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.