Internazzjonali

Ikomplu l-attakki fuq il-Kapitali tal-Iran; il-lejl li għadda kien deskritt bħala wieħed mill-agħar

L-attakk militari tal-Istati Uniti u Iżrael fuq l-Iran jidher li fetaħ kunflitt li jmur ferm lil hinn mill-fruntiera tal-Iran. (Ritratt: EPA)

Il-kunflitt fir-reġjun tal-Golf daħal fit-8 jum tiegħu, hekk kif matul il-lejl komplew l-attakki fuq il-Kapitali Iranjana Terhan – b’ajruport kummerċjali jkun wiwħed mill-miri tal-attakki.

Il-media qed tirrapporta kif fl-aħħar sigħat kien hemm baraxx ta’ attakki fuq l-Iran, dan anke wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, l-attakki matul il-lejl kienu deskirtti bħala uħud mill-agħar minn mindu faqqa’ dan il-kunflitt nhar is-Sibt li għadda. Bir-residenti jisimgħu splużjonijiet kontinwi.

L-istess residenti qed jirrakkuntaw kif għadhom mingħajr internet; u dan il-blackout issa ilu għaddej għal sebat ijiem sħaħ – bil-lejl li għadda jkun deskritt bl-istess mob, ċioe bħala wieħed mill-agħar attakki – B’żewġ iljieli ta’ attakki kontinwi.

L-Iran minn naħa tiegħu spara mill-ġdid missili lejn Tel Aviv f’Iżrael.