Lokali

Il-Ministru Silvio Schembri jiddefendi n-nefqa ta’ €4.5 miljun għall-viżjoni 2050

“In-nefqa għall-proċess kollu b’rabta mal-Viżjoni 2025 kienet xierqa għaliex din irridu nbigħuha anke barra minn Malta sabiex niksbu aktar investiment ta’ kwalita.”

Kien b’dan il-mod li l-Ministru ilvio Schembri, ddefenda n-nefqa eżorbitanti ta’ xejn inqas minn 4.5 miljun ewro li għall-proġett li sar fil-Belt b’rabta mal-Viżjoni 2050.

Meta kien qed jiġi intervistat mill-Professur Andrew Azzopardi fuq il-programm Campus Fm, Silvio Schemri stqarr li l-baġit allokat għal dan il-proġett ma kienx sempliċiment allokat għall-attivita iżda kien ikopri ħafna aktar affarjiet fosthom l-istudji, il-konsulenti u l-konsultazzjoni pubblika li ilha għaddejja sentejn li kienet tirrikjedi sensiela ta’ avvenimenti.

Il-Ministru tenna kif permezz ta’ din il-viżjoni, il-Gvern qiegħed juri fejn irid jieħu lil pajjiżna. Iżda xorta waħda jibqa’ l-fatt li dan il-proġett li sewa’ lill-poplu Malti u Għawdxi flejjes kbar … naqas milli jinkorpora fih l-aktar pilastri kruċjali fosthom dak tal-governanza tajba.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-Viżjoni għall-futur ta’ pajjiżna għandha tkun aktar ambizzjuża, dejjem iffukata fuq il-ħtiġijiet tal-poplu, u bbażata fuq it-tiftix tal-kwalità aktar milli l-kwantità. Il-Viżjoni Malta 2050 ghalhekk m’għandhiex biss tindika l-oġġettivi aħħarin iżda għandha toffri direzzjoni ċara għal futur aktar sostenibbli, inklużiv u li verament itejjeb il-ħajjiet tal-Maltin u l-Għawdxin.