Il-Kap tal-PN Alex Borg indirizza liz-zgħażagħ li qiegħdin jipparteċipaw fil-programm ta’ formazzjoni ‘Future Leaders’ – sessjonijiet li qed ikomplu jgħinu fit-tiswir politiku taż-żgħażagħ li qed jipparteċipaw mal-Fondazzjoni AŻAD. Liema sessjonijiet kienu wkoll maqsuma fuq bosta suggetti u modules varji – minn sessjonijiet fuq tmexxija, ghall-mod kif taghmel kampanja elettorali.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello indirizza liż-żgħażagħ preżenti – u qal li l-politika hija ghodda b’sahhitha, ghaliex il-politika tista’ mhux biss tissuġġerixxi imma wkoll tbiddel u tirriforma.
Apparti min hekk Charles Bonello fakkar li l-politika mhix maħmuġa u li mhux kull politku huwa korrott – dan filwaqt li rega’ stieden liż-zgħażagħ preżenti sabiex jersqu ‘l quddiem u jaghtu l-għajuna taghhom.
Min naha tieghu il-Kap tal-PN Alex Borg sahaq li z-zghazagh mhux biss il-mexxejja ta’ ghada imma il-mexxeja prezenti. U jistghu mhux biss jikkontribwixxu imma jkunu katalisti tal-bidla li huma jridu.
Alex Borg tkellem fuq l-esperjenzi personali tieghu fi hdan il-Partit Nazzjonalista – u kif illum huwa l-iżgħar Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-istorja. B’Alex Borg jgħid li l-ikbar prova li l-PN jemmen fiż-żgħażagħ huwa l-fatt li hu llum jinsab fit-tmun tal-istess Partit.
Alex Borg qal li dawn il-programmi ta’ formazzjoni, apparti li jkabbru l-karattru ta’ dawk li jipparteċipaw – jagħtu wkoll iċ-ċavetta mehtiega li tiftaħ beraħ il-bibien tal-ħajja politika.
Dawn is-sessjonijiet qed jigu appoġjati milI-Fondazzjoni Konrad Adenauer; imsemmija għall-ewwel Prim Ministru tal-Ġermanja wara t-Tieni Gwerra Dinjija – fondazzjoni politika ewlenija li tippromwovi d-demokrazija, is-saltna tad-dritt u l-parteċipazzjoni ċivika madwar id-dinja.
F’livell nazzjonali u internazzjonali, il-Fondazzjoni Konrad Adenauer hija impenjata li taħdem u tippromovi l-paċi, il-libertà u l-ġustizzja permezz ta’ edukazzjoni politika.
B’uffiċċji f’aktar minn mitt pajjiż, hija taħdem ma’ msieħba bħall-AŻAD u l-Partit Nazzjonalista biex tagħti s-saħħa liż-żgħażagħ, tinkoraġġixxi l-mexxejja u ssaħħaħ il-valuri demokratiċi.




Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo
//= $special ?>

