Lokali

“Il-Viżjoni 2050 trid tkun ibbażata fuq governanza tajba” – William Spiteri Bailey

“Il-viżjoni 2050 għandha tinkludi fiha l-pilastru tal-governanza tajba.”

Din kienet ir-reazzjoni tal- President ta’ The Malta Chamber, William Spiteri Bailey għall-Viżjoni 2050 li ġiet preżentata f’ċerimonja li saret fi Pjazza Tritoni.

F’intervista li kellu waqt il-programm NETLIVE, William Spiteri Bailey tenna li bħala Chamber kienu jittamaw, li l-viżjoni 2050 kienet tinkludi fiha l-governanza tajba bħala wieħed mill-pilastri ewlenin ta’ din l-istrateġija.

B’rabta mal-Key performance indicators li ġew ippreżentati tenna kif il-gvern jeħtieġ isib mezzi ta’ kif se jimplimenthom sabiex pajjiżna jkun jista’ jlaħħaq mad-domanda tat-turisti – li tul iż-żmien dejjem qed tiżdied. U qal kif bħala il-Malta Chamber tinsab tanalizza l-KPIS kollha sabiex tkun tista’ tagħti l-kontribut tagħha.

Apparti minn hekk Spiteri Bailey qal li l-viżjoni 2050 hija l-ewwel strateġija f’pajjiżna li tħares fit-tul fejn jidħlu oqsma ta’ infrastruttura, sostennibilita u l-kwalita tal-ħajja – u li bħala Chamber jittamaw li din l-istrateġija ma tkunx biss PR exercise – iżda proġett li jħalli l-frott sabiex Malta tkompli tiġi ffurmata għall-ġenerazzjonijiet futuri permezz anke tad-diġitalizzazzjoni.