Grupp ta’ Maltin waslu lura mill-Emirati Għarab Magħquda wara operazzjoni ta’ assistenza kkordinata mill-awtoritajiet lokali. Dan hekk kif bosta pajjiżi Ewropej qed jikkordinaw assistenza biex iċ-ċittadini tagħhom ma jibqgħux fiz-zoni affetwati mill-kunflitt preżenti – gwerra li issa ilha għaddejja ġimgħa.
Il-Maltin waslu lura pajjiżna kmieni s-Sibt filgħodu wara titjira li telqet mill-Emirati tard il-Ġimgħa bil-lejl.
Dan l-iżvilupp seħħ wara l-isforzi diplomatiċi li kienu qed isiru fl-aħħar jiem biex jiġu assistiti Maltin li kienu jinsabu fir-reġjun tal-Golf, fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ tensjoni li għadha qed tiddomina fir-reġjun.
B’kollox, kienu 187 dawk li rritornaw f’pajjiżna.
//= $special ?>

