Lokali

Jissoktaw il-preparazzjonijiet għall-festi tal-Għid; Net TV b’xandira diretta mill-Birgu fil-Ġimgħa l-Kbira

Hekk kif dejjem aktar qed joqorbu l-festi tal-Għid – il-preparamenti b’rabta ma attivitajiet relatati ma’ dawn iż-żminijiet għaddejin ġmielhom. Fosthom fil-Birgu fejn qed isiru l-preparamenti għal parata tas-suldati li tkun parti mill-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Belt Vittoriosa.

Liema preparamenti annwali jinvolvu fihom ħidma varja; minn vestwarju għal-loġistika. Kollox sabiex tkun tista’ tittella’ purċissjoni li tinvolvi ħafna personaġġi.

Minn figuri bibliċi għal suldati Lhud u Rumani – kollha taħt kappell wieħed – li imbgħad fil-jum tal-ġimgħa l-Kbira jingħaqdu f’purċissjoni unika.

Intant Net News kien preżenti fil-Birgu sabiex isegwi l-preparamenti relatati mal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Kien għaw fejn tkellimna ma’ Charles Attard, fejn ta tgħoma wkoll ta’ ser tkun tikkonsisti fiha din il-purċissjoni.

Charles Attard saħaq wkoll li wieħed ma jistax ma jiftakarx fil-Ġimgħa l-Kbira u ma jaħsibx fil-Birgu, mhux biss minħabba t-tradizzjonijiet, però anke l-ambjent viżwali tal-Belt – li jagħmel din il-purċissjoni dejjem aktar unika.

Intant din is-sena il-Purċissjoni bil-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Birgu ser tkun qed tixxandar fuq Net Television.