L-artista Maltija Josette Fenech se tippreżenta wirja ġdida bl-isem “Where Hands Meet”, f’Palazzo Ferreria mill-14 ta’ Marzu sal-5 ta’ April 2026. Din Il-wirja se tkun qed timmarka r-ritorn tagħha wara kważi għaxar snin u se tappoġġja l-Ta’ Saura National Empowerment Hub – proġett tal-Malta Trust Foundation imwaqqaf mill-eks President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Fenech twieldet u trabbiet fil-Mellieħa, fejn għadha tgħix u taħdem sallum. Hija magħrufa għax-xogħlijiet astratti tagħha mimlijin emozzjoni,bl-użu ta’ kuluri li jispikkaw. Ix-xogħol tagħha spiss jesplora d-dawl, il-moviment u s-sens spiritwali .
Il-wirjiet preċedenti tagħha, inklużi RIFLESSI tal-2013 u AGAINST ALL ODDS li ttellgħet fl-2015, għenuha sabiex tibni r-reputazzjoni tagħha f’Malta u lil hinn minn xtutna. Fl-2017 ppreżentat ukoll il-wirja HORIZONS f’Londra matul il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Ewropa.
Il-wirja Where Hands Meet turi l-fidi ta’ Fenech li l-arti tista’ wkoll tgħin lis-soċjetà. Permezz tax-xogħol volontarju ma’ nies li qed jiffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli, rat kif il-kreattività tista’ tgħin biex tissawwar il-kunfidenza, id-dinjità u l-inklużjoni fis-soċjeta.
//= $special ?>

