Il-Qorti Kostituzzjonali kkonkludiet li Luke John Milton sofra ksur tad-dritt fundamentali dan għaliex il-proċeduri fil-konfront tiegħu ilhom sospiżi għal snin dan hekk kif sabu numru ta’ diffikultajiet biex jiftħu l-mobile tiegħu.
Kien għalhekk li l-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Ian Spiteri Bailey ordna lill-Prosekuzzjoni sabiex fi żmien sitt xhur tippreżenta l-informazzjoni tal-mobile iżda jekk il-mobile ma jinfetaħx wara sitt xhur il-Qorti se tagħlaq il-provi tal-każ.
Luke John Milton jinsab akkużat bi frodi u ħasil ta’ flus li jinkludi serq ta’ €700,000 fi flus virtwali bil-każ imur lura għall-Ġunju tal-2021.
Il-Pulizija kkonfiskatlu t-tagħmir elettroniku fosthom il-mobile tiegħu iżda meta kien mitlub biex jiftaħ il-mobile huwa rrifjuta.
Minħabba d-diffikultajiet li sabu kien hemm dewmien kbir fil-proċeduri bl-akkużat inżamm taħt arrest għal dawn l-aħħar snin dan hekk kif it-talbiet għall-ħelsien mill-arrest ġew miċħuda minħabba tħassib li seta’ jfixkel l-evidenza.
//= $special ?>

