Juventus irritornaw għar-rebħa meta f’darhom għelbu lil Pisa 4-0 fl-Allianz Stadium. Andrea Cambiaso poġġa lil Juventus fil-vantaġġ fl-54 minuta b’daqqa ta’ ras mill-viċin, b’Khepren Thuram jirdoppja fil-65 minuta meta kompla għal ġewwa wara li xutt ta’ Manuel Locatelli stampa mal-wieqfa. Kenan Yildiz għalaq il-logħba fil-75 minuta b’xutt għar-rokna u Jeremie Boga ssiġilla r-rebħa ftit sekondi qabel it-tmiem.
Como komplew il-mument pożittiv u din id-darba għelbu lil Cagliari 2-1. Martin Baturina fetaħ l-iskor fl-14-il minuta b’opportuniżmu quddiem il-lasta. Sebastiano Esposito ġab id-draw b’daqqa ta’ ras fis-56 minuta iżda Lucas da Cunha skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa b’xutt mill-isbaħ fid-76 minuta.
Atalanta rkupraw minn żvantaġġ doppju biex spiċċaw ħadu punt fil-Gewiss Stadium kontra Udinese. Thomas Kristensen fetaħ l-iskor fl-40 minuta b’daqqa ta’ ras minn korner u Kelnan Davis irdoppja fil-55 minuta f’azzjoni persistenti. Gianluca Scamacca naqqas id-distakk fil-75 minuta b’daqqa ta’ ras u għamel ir-riżultat indaqs erba’ minuti wara b’daqqa ta’ ras oħra.
Riżultati u Logħob li jmiss
Ilbieraħ: Napoli v Torino 2-1
Illum: Atalanta v Udinese 2-2, Cagliari v Como 1-2, Juventus v Pisa 4-0
Għada: Lecce v Cremonese 12.30pm, Bologna v Verona 3.00pm, Fiorentina v Parma 3.00pm, Genoa v Roma 6.00pm, Milan v Inter 8.45pm
It-Tnejn: Lazio v Sassuolo 8.45pm
//= $special ?>

