SIRENS BUILD FITNESS…………. 15
SLIEMA TECHFINITY HUB…….. 16
(5-4), (2-4), (3-5), (5-3)
Sliema Techfinity Hub tħabtu iżda ħadu dak li riedu biex kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva fil-kampjonat. Il-logħba setgħet tmur kull naħa iżda r-rebħa ta’ Sliema tista’ titqies bħala waħda meritata, b’Sirens ma ħadux vantaġġ mill-perjodu fejn kienu l-aħjar tim fl-ilma.
Wara li Sliema kellhom il-vantaġġ tliet darbiet fil-bidu tal-logħba, Sirens irnexxielhom jispiċċaw is-sessjoni 5-4 minn fuq, b’Andreas Galea jispikka b’erba’ gowls. Matthew Mifsud u Matthias Ortoleva kabbru l-vantaġġ għal 7-4 fit-tieni sessjoni iżda hawn spikkat ir-reazzjoni ta’ Sliema li fl-aħħar tliet minuti tas-sessjoni, skorjaw erba’ gowls konsekuttivi u daħlu jistrieħu 8-7 fil-vantaġġ.
Għal ħafna mit-tielet sessjoni, Sliema pruvaw ikabbru l-vantaġġ li kellhom iżda fi tliet okkażjonijiet sabu lil Sirens iwieġbu. Kien biss fl-aħħar minuta tas-sessjoni li Sliema skorjaw darbtejn b’mod konsekuttiv minn Benji Cachia u Liam Galea biex bdew l-aħħar sessjoni 13-10.
Dan id-distakk seta’ deher komdu iżda Sirens naqqsuh mill-ewwel għal gowl. Huma baqgħu jiġru wara r-riżultat iżda Sliema baqgħu jżommu l-vantaġġ u żammewhom ftit bogħod minnhom. Sal-aħħar minuta d-distakk baqa’ ta’ gowl u kien Sam Engerer li għalaq il-logħba b’gowl 24 sekonda mit-tmiem. Il-gowl ta’ Andrew Dimech fl-aħħar sekondi kien inutli biex jevita t-telfa għal Sirens.
Sirens: N. Grixti, P. Serracino (1), A. Galea (4), G. Pace, K. Agius (1), M. Ortoleva (3), I. Riolo, M. Mifsud (4), D. Abela, Z. Mizzi (1), A. Dimech (1), I. Schembri, N. Rafailovic
Sliema: B. Busuttil, S. Busuttil (1), L. Galea (3), J. Gambin, J. Cassar (1), B. Cachia (4), D. Rizzo, E. Schembri (3), J. Cachia, J. Chircop (1), D. Zammit (2), Z. Dzanovic, S. Engerer (1)
Referees: Massimo Angileri, Pasquale Rogondino
NEPTUNES BEST GYMS………… 13
SAN ĠILJAN MAA DAIKIN…… 20
(3-4), (4-5), (1-3), (5-8)
San Ġiljan MAA Daikin wieġbu għar-rebħa ta’ Sliema u għelbu lir-rivali Neptunes Best Gyms biex baqgħu b’punti massimi wara erba’ logħbiet. Konfront li fih San Ġiljan kien jimmeritahom il-massimu tal-punti, għalkemm il-marġni tar-rebħa kiber għal wieħed notevoli fl-aħħar sessjoni.
Wara li Darren Zammit fetaħ l-iskor favur San Ġiljan, Neptunes wieġbu bi tliet gowls konsekuttivi. San Ġiljan wettqu reazzjoni u mhux biss dawru r-riżultat favur tagħhom sa tmiem l-ewwel sessjoni iżda kabbru l-vantaġġ għal 6-3 fit-tieni sessjoni, b’Nikolai Zammit skorja erba’ gowls fil-proċess. Il-vantaġġ ta’ tliet gowls baqa’ sa żewġ minuti mit-tmiem tas-sessjoni b’Neptunes inaqqsu d-distakk għal 8-7 sakemm Jeremy Abela daħħal lil San Ġiljan jistrieħu 9-7 minn fuq.
Dan il-gowl ta’ stimolu ġdid lil San Ġiljan li żammew il-kontroll tal-logħba fit-tielet sessjoni b’Nikolai Zammit jiskorja darbtejn oħra biex għamel l-iskor 11-7 u 12-8 rispettivament, b’Stevie Camilleri kien naqqas id-distakk parzjalment.
It-tim ta’ Giorgios Katsaounis aċċerta mir-rebħa fl-aħħar sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi li xejnu kull forma ta’ rimonta li setgħu għamlu Neptunes b’vantaġġ ta’ 15-9 meta kien għad fadal madwar sitt minuti logħob għal tmiem il-logħba. Hawn setgħu jikkontrollaw il-logħba aħjar, biż-żewġ gowls lejn it-tmiem ta’ Ben Plumpton issiġillaw ir-rebħa.
Neptunes: M. Castillo, M. Lanzon, E. Mallia, L. Mallia, J. Camilleri, S. Mifsud (1), S. Camilleri (4), M. Castillo (2), R. Galea (1), J. Bajada, A. Fava (1), M. Azzopardi (2), P. Ransley, B. Lewis (2)
San Ġiljan: B. Herzer, D. Bugeja, S. Cutajar, R. Caruana (2), G. Bonavia, B. Plumpton (2), J. Abela (5), N. Zammit (8), D. Zammit (1), N. Schiavone (1), A. Muscat, L. Dimech (1)
Referees: Ronnie Spiteri, Roeland Sonnemans
Kampjonat Premier
| L | R | D | T | F | K | Pti | |
| San Ġiljan | 4 | 4 | 0 | 0 | 88 | 34 | 12 |
| Sliema | 4 | 4 | 0 | 0 | 80 | 45 | 12 |
| Neptunes | 4 | 2 | 0 | 2 | 48 | 60 | 6 |
| Sirens | 4 | 1 | 0 | 3 | 51 | 59 | 6 |
| B’buġa | 4 | 1 | 0 | 3 | 34 | 68 | 3 |
| Valletta | 4 | 0 | 0 | 4 | 37 | 72 | 0 |
L-Ewwel Diviżjoni
| L | R | D | T | F | K | Pti | |
| M’skala | 4 | 4 | 0 | 0 | 69 | 41 | 12 |
| Exiles | 4 | 3 | 0 | 1 | 52 | 34 | 9 |
| M’xlokk | 4 | 3 | 0 | 1 | 62 | 53 | 9 |
| Barracudas | 4 | 1 | 0 | 3 | 52 | 67 | 3 |
| Ta’ Xbiex | 3 | 0 | 0 | 3 | 28 | 44 | 3 |
| Otters | 3 | 0 | 0 | 3 | 28 | 52 | 0 |
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu
Ta’ Xbiex v Barracudas 6.15pm, Marsaxlokk v Marsaskala 7.25pm, Sirens v Birżebbuġa 8.35pm
Is-Sibt 14 ta’ Marzu
Exiles v Otters 3.00pm, Neptunes v Valletta 4.10pm, San Ġiljan v Sliema 5.20pm
//= $special ?>

