Il-kunflitt fir-reġjun tal-Golf daħal fit-8 jum tiegħu, hekk kif matul il-lejl komplew l-attakki fuq il-Kapitali Iranjana Terhan, Attakki fuq il-Libanu u ritaljazzjoni min naħa tal-Iran. Dan fost dikjarazzjoni ċara min naħa tal-President tal-Istati Uniti – li ser jibqa’ determinat li jkompli bl-attakki fuq l-Iran.
Dan hekk kif il-kunflitt fil-lvant Nofsani jihder li ser ikompli jeskala – għaliex apparti l-attakki fir-Reġjun, il-President tal-Istati Uniti jidher li ser jibqa’ determinat li jkompli l-attakki kontinwi fuq l-Iran. Bi Trump jiddikjara li mhu ser jaċċetta xejn ħlief li l-Iran iċedi akkost ta’ kollox u minajr ebda’ kunduzzjoni.
Min naħa tiegħu Trump qal wkoll li l-Istati Uniti qed tilħaq l-aspettativi tagħha fl-Iran – bl-Armata Amerikana tisħaq li qed tkompli ġġib fix-xejn l-istrutturi tar-Reġim Iranjan.
Bl-Istati Uniti twettaq l-akbar ammont ta’ bombardamenti s’issa – b’uffiċjal għoli fl-amministrazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump jiddikjara li din kienet l-“akbar kampanja ta’ bombardament” mill-Istati Uniti fuq l-Iran fl-istorja taż-żewġ pajjiżi.
Dawn il-kummenti min naħa tal-President tal-Istati Uniti, waslu wara li l-President Iranjan Masoud Pezeshkian ddikjara li l-Istat Fundamentalista ser jibqa’ jiġġieled sal-aħħar u mhu ser jaċċetta qatt li jċedi fil-konfront tal-Istati Uniti u Iżrael.
Il-President tal-Iran saħaq wkoll li ser jkunu qiegħdin jieqfu l-attakki Iranjani fuq il-pajjiżi tal-Golf – sakemm ma jkunx hemm attakki fuq l-Iran mill-pajjiżi ġara tiegħu. U kien għaw fejn anke saħansitra skuża ruħu ma’ dawk il-pajjiżi li ġew milquta tul dan il-kunflitt.
Madanakollu, tul il-ġurnata kien ġew ċċirkulati filmati mill-Emirati Għarab Maqgħuda, ta’ missila li waqgħet biswit l-Ajruport ta’ Dubai. B’riżultat li tħassru wkoll bosta titjiriet li kienu skedati.
Fi żviluppi oħra, l-isplużjonijiet komplew jidwu f’Teheran waqt it-tmien jum tal-gwerra li qed imexxu l-Istati Uniti u Iżrael. Bir-residenti fl-ibliet Iranjani, b’mod speċjali dawk residenti fil-kapitali Tehran, qed jirrakkuntaw kif għadhom mingħajr internet; u bi blackout totali li issa ilu għaddej għal sebat ijiem sħaħ. Dan apparti li l-lejl li għadda ġie deskritt bħala wieħed mill-agħar fejn jidħlu attakki, minn kemm ila li ssoktat din il-gwerra.
Dan filwaqt li l-Gwardja Repubblikana tal-Iran sparat mill-ġdid missili lejn Iżrael, b’filmati maħruġa jindikaw kif il-Belt ta’ Tel Aviv ġarfet ħsarat intesivi wara xita ta’ missili balistiċi Iranjani.
Iżda xorta waħda ġew interċettati bosta missili Iranjani fi triqithom lejn Iżrael – dan anke bis-saħħa tas-sistema tad-difiża Iżraeljana, margħufa bħala l-’Iron Dome’.
Intant l-IDF kkonfermaw wkoll li komplew l-attakki fuq il-Libanu – f’kampanja militari kontra l-militanti tal-grupp Hazbollah.
//= $special ?>

