Lokali

Viva Malta tindaqq Agrigento fi Sqallija

Fil-belt ta’ Agrigento  li hija belt rikonoxxuta mill-UNESCO, ha jsir  it-78 edizzjoni tal festival Mandorlo in fiore  li fih ħa jindaqqu diversi kanzunetti Maltin. Din il-mużika ħa tindaqq   fil-qalba tal-famuż  ċentru  storiku kif ukoll Valle Dei Temple, bejn il-11 sas-16 ta’ Marzu 

Ghalhekk il-protagonisti tas-serata, direttament minn Malta giet mistiedna biex tirrapprezenta lil pajjizna, il-BIG FRIENDS GUGGEN MUSIK A.D. 2008 Ewwel Banda Nazzjonali Maltija Guggen. Hija ħa tirregala spettaklu ta’ mużika allegra li tinvolvi lill-pubbliku preżenti. Din il-band hija magħrufa għall-prestazzjonijiet enerġetiċi u ferrieħa li taf toffri lil kull min ikun lest għal gig divertenti f’din il-belt sabiħa ta’ Agrigento.

Din il-banda Maltija f’Agrigento  mhux biss ħa ddoqq VIVA MALTA  imma wkoll diversi arnanġamenti ta’ mużika Maltija. Il-Big Friends Guggen Musik ħa tagħmel diversi  parati kif ukoll  programm mużikali fil-pjazza prinċipali Valle de Temple  f’atmosfera  ħajja u fidila u glorjużata ta’ epoka Griega  u tradizzjoni fejn wieħed ikun jista’ jgawdi  eleganza kbira.

Dan il festival li għalih jattendu mal-100 elf persuna u għalih jattendu minn madwar id-dinja ħa jkun hemm ukoll mal-banda altija 23 grupp ieħor ġejjin minn diversi pajjiżi madwar id- dinja.

Għal  din il-banda fuq imsemmija  hija l-21 safra li l-banda ħa tkun fl-irwol ta’ ambaxxatrici mużikali ta’ pajjiżna wara  suċċess kbir li kellha fil-festival tal-baned Musik Parade fil-Ġermanja fl-ibliet ta’ Essen fil- (Gruga Halle) Munster  (il-Halle Munsterland u f’Kolon (fil-Lanxess Arena) kif ukoll  `Tour Culturale e Musicicale tra le Isole` li kien mifrux  ma’ sitt Gżejjer Lipari, Salina, Panarea, Stromboli, Vulcano u Filicudi dawn jiffurmaw il-gżejjer Eoljani; hi wkoll  marret U.A.E. għal ħames darbiet fis-snin 2008, 2009, 2010, 2016 u 2017 fejn hemm daqqet kull darba fis- seba’ emirati, fil-Grecja fis-sena 2009 ,fit-Tunesija fis-sena 2014, 2015 u 2024 u  fi Sqalija għal  disa’ darbiet  oħra f’diversi festivals kif ukoll tliet darbiet minnhom fil-karnival Arcireale.

ll- banda ħa tkun taht id-direzzjoni tas-surmast tagħha Ian Sammut A.L.C.M. fejn prepara il-muziċisti tal- banda billi għamel  diversi arranġamenti muzikali kif ukoll kunċerti għal din l-okkazjoni. netguggen musik 1st maltese guggen national band A.D. 2008.

Mandorlo in fioreż