Żagħżugħ ta’ 27 sena li jgħix San Pawl il-Baħar indarab gravi wara li kien involut f’ħabta bil-karozza tiegħu, ma’ vettura misjuqa minn anzjan ta’ 70 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30 tal-Ġimgħa waranofsinhar, fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.
B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, tliet vetturi oħra li kienu pparkjati sofrew
xi ħsarat.
Fil-post issejħu l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku sabiex jassistu. Aktar tard ir-raġel ta’ 27 sena ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin


