Kenneth Vella
Il-ħdax -il laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza ta’ 2140 metru saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Minn dawn spikkat l-aktar it-tiġrija għal sewwieqa Nisa li saqu żwiemel mill-klassijiet Silver, Bronze u Copper u li ntrebħet minn Cherise Farrugia permezz ta’ Embleme Castelets. Din ġiet organizzata fl-okkażjoni ta’ jum il-mara.
Erba’ żwemel ħadu sehem fit-tiġrija għal sewwieqa nisa. Asko Giant (Francesca Micallef) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ ta’ tul minn Embleme Castelets (Cherise Farrugia) u Mellby Drake (Shianne Fabri). Fl-aħħar metri Asko Giant beda’ jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż minn Embleme Castelets li ħa l-ewwel rebħa tas-sena.
Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Gold. Kien l-Iżvediż Zinfandel (Charles Camilleri) li f’din it-tiġrija akkwista l-ewwel rebħa f’pajjiżna. Dan qabeż lil Itro (Charles Degiorgio) mitt metru mit-tmiem b’Patrick Silvio (Rodney Gatt) u Emile Du Var (Jesmar Gafa’) temmew warajhom f’dik l-ordni.
Rodney Gatt irnexxilu wkoll jirreġistra l-elf rebħa fil-karriera tiegħu permezz ta’ Livi Majesty f’tiġrija fi klassi Silver.
Ir-rebbieħa kollha
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gima Tege (C. Vassallo) Ħin – 2.41.5” (1.15.4”) 2. Kougar Des Racques (D. Baldacchino) 3. Argo Lux (J. Gafa’) 4. Rose Lloyd (D. Farrugia)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Isseo De Nappes (R. Magro) Ħin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Jaguar Des Caux (J. C. Pace) 3. Hippolyte De Bois (B. Camilleri) 4. Fakir De Mone (D. Cortis)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. My Love ML (M. Farrugia) Ħin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Oyess LJ (R. Gatt) 3. Falkanor (Cherise Farrugia) 4. Keenness Eagle (A. Farrugia)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m 1. Grand Soir Le Fol (C. Camilleri) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Celeste Bryne (J. Farrugia) 3. Vikens Ale (C. Caruana) 4. Fruit Costashorta (J.J. Farrugia)
V Tiġrija. Tiġrija Sewwieqa Nisa. Klassi Silver, Bronze u Copper. Dist – 2140m. 1. Embleme Castelets (Cherise Farrugia) Ħin – 2.38.9” (1.14.2”) 2. Asko Giant (Francesca Micallef) 3. Mellby Drake (Shianne Micallef)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Zinfandel (Ch. Camilleri) Ħin – 2.37.7” (1.13.7”) 2. Itro (Ch. Degiorgio) 3. Patrick Silvio (R. Gatt) 4. Emile Du Var (J. Gafa’)
VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Magnificent Star (P. Galea) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Indian Blues (N. Baldacchino) 3. Jag D’Urzy (A. Cassar) 4. Secret Snap (Cherise Farrugia)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Livi Majesty (R. Gatt) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Shawn Leejs (J. Gafa’) 3. Cash On Line (M. Bonnici) 4. Epiphane (N. Baldacchino)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Conungen T.T. (N. Baldacchino) Ħin – 2.43.9” (1.14.9”) 2. Impact Sur Laterre (M. Fenech) 3. Quite E Wood (J.P. Farrugia) 4. Heathrow (Ch. Camilleri)
//= $special ?>

