Lokali

“Daniel Attard giddieb…u mhux laburist” – Il-veteran laburista Sammy Meilaq

“Daniel Attard giddieb u mhux laburist”

Iddikjara dan l-eks trejdjunjinista u Laburista veteran Sammy Meilaq – dan fil-konfront tal-MEP laburista Daniel Attard.

Sammy Meilaq, isem sinonimu mal-Labour, qal li Daniel Attard huwa giddieb meta jitkellem fuq il-kunflitt mal-Iran. B’Meilaq jisħaq li Attard gideb meta qal li l-Iran huwa responsabbli mill-kunflitt preżenti mal-Istati Uniti u l-Iżrael.

B’Sammy Meilaq jippersisti u jisħaq li Attard huwa giddieb għaliex, skont Meilaq, il-kwistjoni f’dak ir-reġjun, tmur lura għal 70 sena – fil-fatt qal ukoll li ma jistax joqod kwiet meta jara l-MEP tal-Labour, skont hu, jgħid il-falzità.

Intant il-veteran Laburista, kompla jisħaq li missu jistħi jgħid hekk fejn saħanistra ddikjara li Daniel Attard  mhux Laburist ta’ veru.

Tant li qal li fi ħdan il-Labour hemm nies li mhux laburisti u  saħaq li, kieku jistgħu dawn l-istess nies, ikaxkru lil Malta f’din il-gwerra. Għaliex skont Sammy Meilaq, l-Labour mimli nies li mhux laburisti.

Huwa qal wkoll li Daniel Attard qed jigdeb wkoll meta jgħid li l-Iran jiddistabilizza r-reġjun – bil-veteran tal-Labour jisħaq li r-reġjun qiegħed fiex qiegħed minħabba Iżrael u l-influwenzi Amerikani. Fejn għamel referenza għal dak li seħħ f’Gaza, li sejjaħlu ġenoċidju, u l-invażjoni Amerikana fl-Iraq fil-bidu tas-snin 2000.

Intant l-MEP Laburista, ittimbrat giddieb mill-Laburista Veterna Sammy Meilaq, irrisponda f’post fuq il-midja soċjali – u f’botta ċara lejn l-eks trejdunjinista, qal li hu mhux fundamentalist.

Ritratt: Drew Ducros