Internazzjonali

Il-President Trump jakkuża lil Sir Keir Starmer li jrid jingħaqad fi gwerra “wara li diġa rbaħna”

Hekk kif il-gwerra fil-Lvant Nofsani daħlet fit-tieni ġimgħa, torri fil-Kuwat inħakem bin-nar barra li attakki bil-missili u d-drones infirxu fil-Golf .

Intant il-President Trump akkuża lil Sir Keir Starmer, il-Prim Ministru tal-Ingilterra li jrid jidħol fi gwerra “li diġa’ rbaħna” u kompla jgħid li “m’għandiex bżonna l-aircraft carriers Brittaniċi” Skond sorsi tal-BBC dan kien irrappurtat li dawn il-kummenti waslu wara li l-aircraft carrier Brittaniku HMS Prince of Wales kien tlesta għall-azzjoni.

F’Tehran, depożiti taż-żejt kienu attakkati intensament mill-ajru, bir-residenti li jgħixu hemm qalu li kien hemm ħafna splożjonijiet u duħħan li ħakem il-madwar. Wieħed raġel kien irrappurtat li qal lil BBC Persjan, “kien qisu l-lejl inbidel fil-jum”

L-Iżrael wissa lir-residenti fin-nofsinhar ta’ Beirut biex jevakwaw għaliex beħsiebha tattakka lill-grupp tal-Hezbollah fl-Iran. Filwaqt li l-Ministru tas-saħħa Libaniż irrapporta li attakk Iżraeljan laqat hotel fin-nofsinar ta’ Beiru u qatel 4 persuni.