Lokali

Imut Joseph Gatt, pijunir tar-rijabilitazzjoni tad-droga

Tħabbret il-mewt ta’ Joseph Gatt, pijunir tar-rijabilitazzjoni tad-droga u eks uffiċjali tal-Pulizija u li għen sabiex bdiet Caritas Malta.

Gatt li kellu 81 sena, serva għal madwar 20 sena fejn għamel parti mid-drug squad.

Wara l-ħidma tiegħu fid-drug squad, huwa għen lil Monsinjur Victor Grech sabiex jingħaqad mal-organizazzjoni Caritas Malta wara telaq mill-Pulizija.

Huwa anke kkordina numru ta’ programmi ta’ rijabilitazzjoni. Fil-fatt, mexxa l-ftuħ taċ-ċentru terapewtiku ta’ San Blas u anke l-Inmate Programm f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Gatt kien imwieled f’Tas-Sliema, u kien deskritt bħala raġel ta’ qalb kbira u li dejjem kien kommess li jagħti lura lill-komunità.