Lokali

Jiġi fi tmiemu l-programm ‘Future Leaders’ mtella’ mill-fondazzjoni AŻAD

Illum ġie fi tmiemu l-porogramm ta’ formazzjoni Future Leaders, b’sessjonijiet li komplew jgħinu fit-tiswir politiku taż-żgħażagħ li qed pparteċipaw mal-Fondazzjoni AŻAD.

Liema sessjonijiet kienu wkoll maqsuma fuq bosta suggetti u modules varji – minn sessjonijiet fuq tmexxija, ghall-mod kif taghmel kampanja elettorali.

Dawn il-programmi  ta’ formazzjoni, apparti li jkabbru l-karattru ta’ dawk li jipparteċipaw – jagħtu wkoll iċ-ċavetta mehtiega li tiftaħ beraħ il-bibien tal-ħajja politika.

Dawn is-sessjonijiet qed jigu appoġjati milI-Fondazzjoni Konrad Adenauer; imsemmija għall-ewwel Prim Ministru tal-Ġermanja wara t-Tieni Gwerra Dinjija – fondazzjoni politika ewlenija li tippromwovi d-demokrazija, is-saltna tad-dritt u l-parteċipazzjoni ċivika madwar id-dinja.