Bdiet il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista bit-tema Malta ‘l Quddiem liema inizjattiva importanti se tkompli tgħin sabiex il-PN iwassal il-messaġġ tiegħu, dan hekk kif ninsabu xhur il-boghod min elezzjoni ġenerali.
Maratona li fiha l-attivitajiet ta’ jum il-Mara ser jilqħu l-qofol tagħhom. Ix-xandira – li bdiet għall-ħabta tat-3pm – qed titwassal mis-sala ewlenija tad-Dar Ċentrali tal-PN, u se tibqa’ sejra sa tard filgħaxija – b’dawk kollha li jixtiequ jżuru d-Dar Ċentrali jkunu jistħgu jagħmlu dan.
Il-maratona infetħet mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, is-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv Stefan Caruana u t-Teżorier Veronica Perici Calascione.
F’kummenti li għaddew huma lkoll saħqu fuq l-importanza tad-donazzjonijiet għaliex bil-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi l-Partit Nazzjonalista u l-media jistgħu jkomplu jissaħħu.
Dan apparti li rringrazzjaw lill-ħaddiema tax-xogħol tagħhom u d-dedikazzjoni; bil-għan li l-istazzjon jimxi ‘l quddiem. Fost ringrazzjamenti oħra lill-għexieren ta’ voluntiera li għenu fl-armar u l-ġbir.
//= $special ?>

