“Jum il-mara lil hinn mill-midja soċjali, il-fjuri u l-posts, ifisser li nagħtu vuċi lil dawk in-nisa li batew fejn waslu fejn waslu, li l-vuċi tagħhom ma tinstemax biżejjed. Jum il-mara mhux biss għal dawk in-nisa li għamlu kisbiet kbar, imma dawk in-nisa li baqgħu d-dar, in-nisa li jrabbu t-tfal u li jżommu familja”.
Kien dan il-messaġġ li wasslet Sarah Bajada, meta kienet intervistata waqt il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista. Li spjegat kif minkejja li dejjem niċċelebraw nisa li għamlu kisbiet kbar għandna wkoll nfakkru dawk in-nisa li jkunu fil-kwiet ta’ darhom.
Hija anke spjegat kif ommha kienet propju l-idolu tagħha, li dejjem wrietha kif iżomm il-familja, trabbi lit-tfal u tagħti ħajja diċenti lill-ulieda.
Madanakollu, Sarah spjegat li Alex Borg, taha post importanti ħafna fl-irwol tiegħu ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, fejn spjegat kemm taħdem fil-viċin tiegħu.
F’din l-intervistà Sarah, spjegat li qed taħdem bis-sħiħ sabiex toffri l-għajnuna tagħha lill-ommijiet, speċjalment lil dawk li huma single mothers. Fejn spjegat li huwa importanti li jkomplu d-diskussjonijiet mal-work-life balance, fejn appellat sabiex in-nisa jkunu fiċ-ċentru tal-politika, sabiex verament inħossu l-polz tan-nies.
Hekk kif spjegat li huwa propju dan li qed jagħmel Alex Borg, jitkellem, jifhem u anke joħloq soluzzjonijiet bil-proposti li jressaq ‘il quddiem.
Sarah Bajada, appellat sabiex kull mara ma taqtax qalbha, tersaq ‘l quddiem u ma tibzax isemma’ leħinha għaliex l-irwol tal-mara fis-soċjetà huwa importanti.
//= $special ?>

