Lokali

“L-ugwaljanza mhix biss eżerċizzju addademiku, trid tkun prinċipju fundamentali f’kull ma nagħmlu” – Roberta Metsola

“L-ugwaljanza mhix biss eżerċizzju akkademiku, trid tkun prinċipju fundamentali f’kull ma nagħmlu”

Dan stqarret Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, f’okkażjoni biex tfakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa fit-8 ta’ Marzu. Hi qalet dan meta kienet qiegħda titkellem f’laqgħa ta’ mexxejja fin-negozzji, l-finanzi, s-soċjeta’ ċivili u organizazzjonijiet filantropiċi, kif ukoll edukaturi, studenti, professjonisti al-media u content creators, fl-Imdina nhar il-Ġimgħa.

Metsola wieġbet għadd ta’ mistoqsijiet mill-preżentaturi magħrufa, Claire Agius Ordway, Melanie Kelly u Trudy Kerr. Hi irrimarkat kif meta n-nisa jirnexxu, jiġġeneraw tkabbir, jittrasformaw il-komunitajiet u jispiraw il-ġenerazzjoni li jmiss.

Hi qalet li biex nagħtu s-setgħa lill-ġenerazzjoni ta’ mexxijja nisa b’saħħithom ta’ għada, irridu mmexxu bl-eżempju u n-nisa għandhom jgħinu lin-nisa.

Il-President Metsla rreferiet ukoll għall-ispinta tal-Parlament Ewropew fost oħrajn bid-Direttiva, dwar in-Nisa fuq il-bordijiet. Mill-adozzjoni tagħha, ir-rata ta’ ħatriet tan-nisa fir-rwoli kollha fil-bordijiet żdiedet minn 35% għal 43%. “Rajna progress, iżda hemm bżonn aktar” hija qalet.

Il-bieraħ il-Kummissjoni Ewropea niedet l-istrateġija l-ġdida tagħha tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-ġimgħa d-dieħla fil-plenarja, il-Membri tal-Parlament Ewropew se jirrevedu l-progress fl-indirizz tad-differenzi fil-pagi u l-pensjonijiet bejn is-sessi fl-UE.

Ir-rapport li se jitressaq għal vot fil-plenarja nhar l-Erbgħa, jenfasiżża l-fatt li n-nisa jkomplu jwettqu sehem sproporzjonat ta’ xogħol ta’ kura u domestiku hux imħallas. Dan imbagħad inaqqas il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u l-akkumulazzjoni tal-pensjonijiet, u huwa waħda mir-raġunijiet ewlenin għad-differenzi fil-pai u l-pensjonijiet bejn is-sessi.