Internazzjonali

Mal-400 maqtula fl-attakki ta’ Iżrael fuq il-Libanu

 

Iżrael qed iwissi liċ-ċivili f’diversi bnadi tal-Libanu biex jevakwaw lejn l-inħawi ‘il bogħod mill-fortizzi tal-milizji Xiti tal-Ħeżbollah li ilhom is-snin alleati ewlenin tal-Iran.

Il-Kapijiet militari Iżraeljani qalu wkoll li l-azzjonijiet attwali tal-Ħeżbollah qed iġiegħelu lill-Iżraeljani jwettqu sensiela ġdida ta’ attakki fuq il-Libanu fl-interessi tas-sigurtà.

Il-Gvern Lebaniż, sadanittant, qal li mietu madwar 400 fil-Libanu waqt l-aħħar jiem ta’ gwerra u b’kaġun tal-konfronti mal-Iżraeljani.

Il-kelliema f’Bejrut qalu li l-vittmi jinkludu għexieren ta’ nisa u tfal, biċ-ċifri tal-vittmi jieħdu spinta kbira b’kaġun tal-azzjonijiet tal-Iżraeljani fi tmiem il-ġimgħa.

Il-militar Iżraeljan, fl-istess ħin, qed iħejji azzjonijiet ġodda diretti għall-inħawi Lebaniżi tan-Nofsinar – u fost l-appelli biex ir-residenti f’ Arnoun, Yahmar, Zoutar al-Sharqiya u Zoutar al-Gharbiya jevakwaw minn dawn il-villaġġi immedjatament biex ma jinqabdux fl-ostilitajiet imminenti.