“Dawn il-maratoni jibqgħu importanti għaliex apparti li jgħatu sostenn finanzjarju – jlaqqgħu lil dawk kollha li jemmnu fil-PN”
Saħaq dan il-Kap tal-PN, dan hekk kif aktar tard matul il-jum Alex kien intervistat waqt il-maratona fejn tkellem dwar bosta temi differenti fosthom dwar l-aħħar żviluppi politiċi. Dan apparti li tkellem fuq il-jum, li fih, qed infakkru l-mara – bir-realtàjiet tas-soċjetà tal-lum.
Apparti min hekk Alex Borg gie mistoqsi wkoll fuq kif għad hemm stennija għall-iżblokk fl-għażla tal-Prim Imħallef – B’Alex Borg isostni li l-Gvern issa qabel li għandu jkun hemm anti-deadlock mechanism, filwaqt li spjega x’tip ta’ anti-deadlock mechanism se jkun aċċettabbli għall-PN
Fl-aħħar nett Alex Borg tkellem wkoll fuq l-aħħar żviluppi mix-xena internazzjonali, b’Alex Borg jisħaq li jinsab kunent li waslu lura bosta Maltin mir-reġjun tal-Golf – waqt li rrikonoxxa l-isforzi tal-awtoritajie t
Apparti min hekk Alex Borg stqarr li s-siwazzjoni mhux waħda sabiħa – madankollu hu reġa’ assigura ħidma sfieqa flimkien mal-awtoritajiet lill hinn mill-partiġġjaniżmu.
Bħalissa għadha għaddejja l-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista bit-tema Malta ‘l Quddiem – liema inizjattiva importanti se tkompli tgħin sabiex il-PN iwassal il-messaġġ tiegħu, dan hekk kif ninsabu xhur il-boghod min elezzjoni ġenerali.
Ix-xandira – li bdiet għall-ħabta tat-3pm – qed titwassal mis-sala ewlenija tad-Dar Ċentrali tal-PN, u se tibqa’ sejra sa tard filgħaxija.
Il-maratona infetħet mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, is-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv Stefan Caruana u t-Teżorier Veronica Perici Calascione.
F’kummenti li għaddew huma lkoll saħqu fuq l-importanza tad-donazzjonijiet għaliex bil-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi l-Partit Nazzjonalista u l-media jistgħu jkomplu jissaħħu.
Dan apparti li rringrazzjaw lill-ħaddiema tax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom, bil-għan li l-istazzjon jimxi ‘il quddiem. Fost ringrazzjamenti oħra lill-għexieren ta’ voluntiera li għenu fl-armar u l-ġbir.
Is-serata kienet imżewqa b’kantanti u anke preżentaturi li ser jkomplu jakkumpanjaw lil dawk kollha li ser ikunu qed isegwu.
Il-maratona ġbir ta’ fondi qed titwassal kemm fuq Net TV, Net FM u b’xandira diretta fuq il-midja soċjali.
//= $special ?>

