€322,780 – Kienet din is-somma finali li nġabret fil-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista, bit-tema Malta ‘l Quddiem – liema inizjattiva kompliet tgħin sabiex il-PN iwassal il-messaġġ tiegħu. Dan hekk kif ninsabu xhur il-boghod minn elezzjoni ġenerali.
Fl-għeluq tal-Maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg rringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li taw il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom; lill-voluntieri, lill-ħaddiema u lil dawk kollha li taw ħinhom.
F’intervista separata li saritlu aktar tard matul ix-xandira, Alex Borg tkellem dwar bosta temi differenti fosthom dwar l-aħħar żviluppi politiċi. Dan apparti li tkellem fuq il-jum il-mara – bir-realtàjiet kollha tas-soċjetà tal-lum.
Apparti min hekk Alex Borg gie mistoqsi wkoll fuq kif għad hemm stennija għall-iżblokk fl-għażla tal-Prim Imħallef – B’Alex Borg isostni li l-Gvern issa qabel li għandu jkun hemm anti-deadlock mechanism, filwaqt li spjega x’tip ta’ anti-deadlock mechanism se jkun aċċettabbli għall-PN
Fl-aħħar nett Alex Borg tkellem wkoll fuq l-aħħar żviluppi mix-xena internazzjonali, b’Alex Borg jisħaq li jinsab kunent li waslu lura bosta Maltin mir-reġjun tal-Golf – waqt li rrikonoxxa l-isforzi tal-awtoritajiet.
Apparti min hekk Alex Borg stqarr li s-siwazzjoni mhux waħda sabiħa – madankollu hu reġa’ assigura ħidma sfieqa flimkien mal-awtoritajiet lill hinn mill-partiġġjaniżmu.
//= $special ?>
