Partita klassika tal-kowċ Massimiliano Allegri, fejn ir-Rossoneri kienu superjuri fil-fażi difensiva, u rnexxielhom isibu gowl fl-ewwel taqsima u żammew dak il-vantaġġ għall-partita kollha. Logħba ppjanata perfetta minn Allegri bl-użu tal-kontrattakki veloċi ta’ Fofana, Leao u Pulisic.
Kien propju dan it-tip ta’ logħob li wassal biex Milan skorjaw l-unika gowl tal-partita fil-35 minuta minn konklużjoni ta’ Estupinan, minn assist ta’ Youssouf Fofana.
Inter jokkuppaw l-ewwel post tal-klassifia tas-Serie A b’67 punti, segwiti mir-rivali Milan b’60 punt. In-Nerazzuri kellhom jilagħbu mingħajr Lautaro Martinez u Marcus Thuram f’din il-partita.
Riżultat important ieħor li wasal b’sorpriża wasal meta Genoa għelbu lil Roma 2-1. L-eks captain u leġġenda ta’ AS Roma, Daniele De Rossi bħalsissa jokkupa l-kariga ta’ kowċ ta’ Genoa u rnexxielu jwassal lit-tim tiegħu għal rebħa important fuq l-eks skwadra tiegħu.
Il-gowls kollha fit-tieni taqsima hekk kif l-eks plejer ta’ Milan, Junior Messias jiskorja l-penalty tiegħu fit-52 minuta, biex ftit minuti wara Evan Ndicka jagħmel l-iskor indaqs.
Il-gowl ta’ Vitor Oliveira wassal għar-rebħa ta’ Genoa skorjat fit-80 minuta.
Fil-partiti l-oħra, Lecce għelbu lil Cremonese 2-1, f’partita li tbiddel ħafna affarijiet fil-parti t’isfel tal-klassifika. Lecce jinqalgħu mill-aħħar tlieta u jkabbru d-distakk għal-tliet punti minn fuq l-istess Cremonese li jinsabu fit-18-il post. Bid-draw għal Fiorentina kontra Parma jfisser li l-Viola ukoll jitilgħu l-fuq miż-żona ‘l ħamra fis-17-il post b’25 punt, punt iżjed minn Cremonese.
Lecce skorjaw żewġ gowls fl-ewwel 40 minuta li waslu minn Pierotti u Stulic.
Cremonese naqqsu l-iskor b’Bonazzoli fis-47 minuta, u ħasbu li għamlu l-iskor indaqs fis-87 minuta minn Martin Payero, però l-gowl ma kienx validu.
Giuseppe Pezzella ntwera l-karta l-ħamra fit-98 minuta għal Cremonese.
Intant, telfa sorprendenti oħra hekk kif Hellas Verona għelbu lil Bologna 2-1.
Bologna jiftħu l-iskor wara 49 minuta minn Jonathan Rowe, però l-avversarji jirrspondu permezz ta’ Marin Frese u Keiron Bowie.
//= $special ?>

