Omm u bint inżammu arrestati wara li heddew lis-sieħba tat-tifla li se jqabbdu raġel jistupraha.
Omm ta’ 39 sena u bintha ta’ 22 sena nżammu arrestati b’akkużi li żammew lill-vittma kontra r-rieda tagħha, li weġġgħuha u li anke heddew lis-sieħba tat-tifla li se jqabbdu raġel biex jistupraha.
Il-każ seħħ ftit tal-jiem ilu meta missier l-allegata vittma rrapporta li l-imputati sakkru lil bintu fir-residenza tagħhom f’Santa Venera, bil-Pulizija tispjega fil-Qorti li kellha saħanistra tifqa’ l-bieb tar-residenza għaliex ħadd ma fetaħ.
Il-Pulizija sabu lill-vittma msakkra fil-ħin li huma daħlu u b’ċaruta ma’ ħalqha biex ma tgħajjatx.
Fix-xhieda ħareġ illi l-akkużati ma kkoperawx mal-Pulizija speċjalment l-omm. L-akkużati wieġbu mhux ħatja fil-Qorti u baqgħu arrestati.
Huma dehru quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.
//= $special ?>

