Il-maġija tal-FA Cup. Għal darb’oħra din is-sena l-FA Cup ipproduċiet riżultat storiku, hekk kif Port Vale li jinsabu fl-aħħar post fit-tielet diviżjoni tal-Ingilterra, għelbu lil Sunderland li bħalissa jokkuppaw il-11-il post fil-klassifika tal-Premier League.
Il-gowl tar-rebħa jasal fit-28 minuta minn Ben Waine.
Intant, riżultat impressjonanti ieħor hekk kif Southampton għelbu lil Fulham 1-0 permezz ta’ penalty ta’ Ross Stewart fil-91 minuta.
Is-Saints qed jissieltu għall-promozzjoni mill-EFL Championship hekk kif jinsabu fit-tmien post tal-klassifika, filwaqt li Fulham, li lagħbu f’darhom, jinsabu fl-10 post fil-Premier League.
Riżultat mistenni hekk kif Leeds United avvanzw għar-rawnd li jmiss bir-rebħa fuq Norwich City ta’ 3-0.
Leeds kellhom ċans li jiftħu l-iskor meta Lukas Nmecha skorja wara 19-il minuta, però l-gowl kien invalidu wara konsultazzjoni mal-VAR. Eveentwalment, Sean Longstaff skorja gowl validu fit-32 minuta.
Gabriel Gudmundsson ipprovda l-assist għall-ewwel gowl, u kien l-awtur tat-tieni gowl tal-partita fit-43 minuta.
Joel Piroe skorja l-aħħar gowl tal-partita fit-85 minuta minn assist ta’ Lukas Nmecha.
Port Vale li jinsabu l-aħħar f’League One jegħlbu lil Sunderland


