VALLETTA……………………3
TARXIEN RAINBOWS…..0
Referee: Matthew De Gabriele
Most Valuable Player: Yannick Yankam (Valletta)
Valletta ħarġu rebbieħa kontra Tarxien Rainbows fl-għaxar logħba tal-closing round tal-kampjonat YoHealth Malta Premier. Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa, il-Beltin komplew isaħħu posthom fost l-ewwel sitt timijiet tal-klassifika, filwaqt li Tarxien baqgħu jokkupaw il-ħdax-il post.
Valletta bdew il-partita tajjeb hekk kif fit-tielet minuta ż-żgħażiugħ Jake Azzopardi pprov xutt minn barra ‘l kaxxa minn pożizzjoni ċentrali, iżda l-goalkeeper u captain ta’ Tarxien, Cassar salva tajjeb.
Fil-26 minuta waslet l-aħjar opportunità tal-ewwel taqsima meta D’Alessandro waqqa’ lil Ellul fil-kaxxa. Ir-referee mill-ewwel indika l-penalty u wera karta safra lid-difensur ta’ Tarxien. Messias ħa r-responsabbiltà mill-11-il metru u ma żbaljax, u poġġa lil Valletta fil-vantaġġ.
Fil-31 minuta Żammit ipprova xutt minn ġewwa l-kaxxa min-naħa tal-lemin, iżda Cassar reġa’ kien pront u salva.
Fit-52 minuta Da Silva Rosa ta’ Tarxien ipprova xutt mill-bogħod, iżda Aguero dos Santos laqa’ bla diffikultà. Valletta rduppjaw fil-58 minuta wara azzjoni kollettiva sabiħa: Messias qassam lil Azzopardi li sab lil Yankam dieħel mix-xellug, u dan tal-aħħar tefa’ fix-xibka għat-tieni gowl.
It-tielet gowl tal-Beltin jasal fl-74 minuta minn Basher li kkonkluda mis-suġġeriment tal-eks Ħamrun, Meijer.
Fil-69 minuta l-Beltin għamlu sostituzzjoni tripla meta Brewer, Meijer u Basher
Fil-90 minuta Tarxien Rainbows irnexxielhom inaqqsu d-distakk meta d-difiża ta’ Valletta naqset milli tarmi l-ballun minn quddiem il-lasta, u Musulin approfitta biex mill-lemin tefa’ fix-xibka u skorja l-uniku gowl tar-Rainbows.



