Internazzjonali

Arrestata wara li sparat lejn id-dar tal-kantanta Rihanna

Mara nżammet taħt arrest wara li sparat seba’ tiri lejn id-dar ta’ Rihanna f’Beverly Hills.

Għalkemm il-kantanta kienet fil-villa waqt l-isparatura, fortunatament ħadd ma weġġa’.

Is-suspettata, li għandha madwar 30 sena, nqabdet mill-pulizija ta’ Los Angeles madwar 12-il kilometru ’l bogħod ….wara li ħarbet b’karozza.

Dan l-inċident seħħ f’ħin delikat għall-familja ta’ Rihanna u s-sieħeb tagħha, hekk kif ftit ilu kellhom it-tielet tarbija tagħhom.

Bħalissa, Rihanna qed tkompli tiddomina x-xena mużikali bħala waħda mill-aktar nisa sinjuri fid-dinja, kemm b’karriera impenjattiva f’din l-industrija kif ukoll bħala imprenditriċi.