Żewġ Indjani nżammu arrestati f’Ħal Qormi wara allegat attakk b’sikkina fuq raġel li jgħix magħhom fl-istess appartament.
L-akkużati, ta’ 21 u 51 sena, ġew akkużati li fis-7 ta’ Marzu għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu attakkaw lill-vittma b’sikkina.
Skont il-qorti, wieħed mill-akkużati kien żamm lill-vittma waqt li l-ieħor ta daqqa ta’ sikkina fi spaltu x-xellugija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Sant Lia, ċaħdet it-talba tal-akkużati għal ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni.
//= $special ?>

