Lokali

Ħabta bejn karozza u mutur tagħlaq parti mill-mina ta’ Santa Venera

Parti mill-mini ta’ Santa Venera kellha tingħalaq għat-traffiku wara inċident li seħħ aktar kmieni dalgħodu.

Il-Pulizija ssejħet fuq il-post għall-ħabta tad-9:30am wara li seħħet ħabta bejn karozza ta’ l-għamla Toyota IQ u mutur.

Minħabba dan l-inċident, it-triq tad-dħul minn Ħal Qormi lejn il-mini ta’ Santa Venera kellha tingħalaq temporanjament.

Transport Malta qed tappella lis-sewwieqa biex jevitaw din ir-rotta u jużaw toroq alternattivi sakemm is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal.