Sport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball b’erba’ timijiet fit-Tazza tan-Nazzjonijiet

Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball ħabbret il-kontinġent magħmul minn erba’ timijiet nazzjonali li se jieħdu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 li se jsir fl-Europa Sports Complex f’Ġibilta’.
It-timijiet li se jieħdu sehem hu tim tal-Irġiel A u B, it-tim ta’ taħt it-23 sena u dak ta’ ‘l fuq minn 40 sena.

Tim A tal-irġiel immexxi minn Clevion Micallef hu magħmul minn,Clayton Castaldi, Wayne Pace, Johan Attard, Mevrick Zammit, Miguel Amato, Lydan Debono u Gary Carr.

Tim B tal-irġiel magħmul minn Glenn Axiaq, Liam Mifsud, Luke Said,Shaun Attard, Gabriel Vella u Philip Gatt.

It-tim ta’ taħt it-23 sena hu ffurmat minn Nick Muscat, Nordai Desira, Casdy Vella, Steven Muscat, Chaylon Castaldi u Matthias Debono taħt it-tmexxija tal-kowċ Duncan Edwards.

It-tim tas-Seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena u Champions attwali tal-Ewropa huwa magħmul minn Jeffrey Farrugia, Stephen Mangion, Jesmond Schembri, Antoine Aquilina, Chris Tabone u Joseph Tabone u mmexxi minn Darren Micallef.

It-Tazza tan-Nazzjonijiet se ssir bejn it-9 u d-19 ta’ April fejn se jieħdu sehem 16-il pajjiż fejn flimkien ma’ Malta hemm ukoll l-Awstralja, l-Ingilterra, ll-Iskozja, Wales, l-Irlanda ta’ Fuq, Ġibiltà, ir-Repubblika tal-Irlanda, Belġju, Ċipru, l-Olanda, Shetland, il-Katalunja, in-Norveġja, ir-Reunion Island u Spanja.