Nhar is-sibt li ġej se tkun qed tingħata l-aħħar tislima lill-uffiċjal tal-Pulizija Sandro Grech – missier ta’ familja li miet waqt li kien barra l-pajjiż jikkumbatti ġlieda kontra l-kanċer.
Il-funeral ta’ Sandro Grech se jsir fil-Knisja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi.
Sandro Grech kien ilu tliet snin jissielet kontra tip estrem ta’ kanċer fid-demm. U tul dan il-perijodu għadda minn interventi varji.
Fl-aħħar ġimgħat, kienu eluf dawk li taw appoġġ finanzjarju lil din il-familja sabiex Sandro jieħu l-kura li kellu bżonn barra mill-pajjiż. Iżda minkejja dan l-impenn…hu tilef ħajtu fit-22 ta’ Frar li għadda.
Intant, il-familja tixtieq li għall-funeral, dawk li jattendu ma jilbsux il-lewn iswed.
//= $special ?>

