Biex ifakkar Jum il-Mara, il-Kumitat Olimpiku Malti, permezz tal-Kummissjonijiet tal-Midja, Teknika u Women in Sport, nieda uffiċjalment Passing the Torch: Women in Sport Mentorship Programme .
Inizjattiva b’kollaborazzjoni ma’ Commonwealth Sport Malta bħala parti mill-preparamenti għall-Malta 2027 Commonwealth Youth Games, u tenfasizza l-impenn taż-żewġ organizzazzjonijiet biex isaħħu
l-opportunitajiet għal atleti nisa żgħażagħ u jiżviluppaw atleti nisa. Programm, fil-fazi pilota, imfassal fuq medda ta’ 12-il xahar – minn April 2026 sa Marzu 2027 – biex jagħti l-appoġġ lil atleti nisa,żgħażagħ fl-isport permezz ta’ programm ta’ mentorship ma’ wħud mill-aktar nisa prominenti fl-isport Malti.
Dettalji ingħataw minn Maria Vella-Galea, membru tal-Kummissjoni tal-Midja u Project Lead u minn Charlene Attard, Direttur tal-Isport u responsabbli tal-Kummissjoni Teknika. Preżenti wkoll Dr Lucienne
Attard, Chairperson tal-Kummissjoni Women in Sport . Il-mentors jinkludu atleti nisa li kisbu suċċess u rrappreżentaw lil Malta fil-Logħob Olimpiku, il-Logħob tal-Commonwealth, il-Logħob Mediterran u l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa.
Il-mentors jinkludu lil Eleanor Bezzina (Sparar), Joanna Camilleri (Judo), Diane Desira née Borg (Atletika), Elaine Genovese (Tennis), Sana Grillo (Ġinnastika), Amy Micallef (Għawm), Laurie Pace (Judo),Maya Podesta (Ibburdjar) u Michelle Vella Wood (Triathlon).
Il-KOM ħabbar lil Eurosport bħala partner strateġiku li qed tappoġġja l-inizjattiva Christina Peresso, Managing Director ta’ Eurosport .
//= $special ?>

