Malta Football Players Association u Floriana komplew bis-serje ta’ riżultati pożittivi meta għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom sabiex baqgħu jissieltu għar-rebħ tal-Veterans Malta Football Association Malta Premier League.
Il-Malta Football Players Association għandhom punt vantaġġ fuql-istess Floriana wara li għelbu lil Birkirkara St Helen’s 8-3 fejn George Frendo skorja tliet gowls filwaqt li Stanimir Miloskovic u Mark
Zammit skorjaw darbtejn kull wieħed u gowl minn Branko Nisevic.
Mark Gauci, Malcolm Camilleri u Jean Pierre Mifsud Triganza skorjaw il-gowls ta’ Birkirkara.
Referee kien Paul Apap.
Floriana għelbu lil Luxol 8-6 fejn l-istess Luxol kienu dejjem fil-partita. Għal Floriana skorjaw Ryan Darmanin u Bojan Kaljevic skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Manolito Micallef skorja darbtejn.
Għal Luxol Glenn Bonello skorja żewġ gowls flimkien mal-gowls minn Alan Tabone, Gary Inguanez, Karl Sacco u awtogowl ta’ Manolito Micallef.
Referee kien Lorry Sammut.
Iċ-champions Gżira United għelbu lil Żurrieq Wolves 2-1 b’gowls minn Romeu Romao u Ian Zammit filwaqt li Mario Camilleri naqqas l-iskor għal Żurrieq.
Referee kien Lorry Sammut.
F’logħba mimlija gowls, Rabat Veterans ikkonfermaw il-mument pożittiv tagħhom meta għelbu lil Hibernians 14-4.
Adam Smeir skorja ħames gowls, Timothy Zammit erba’ gowls, Daniel Cremona tliet gowls u Andre Scicluna żewġ gowls.
Referee kien Paul Apap.
//= $special ?>

