Raġel ta’ 23 sena mill-Isla ngħata libertà bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor għal tliet snin, wara li ammetta li s-sena li għaddiet laqat mara bil-mutur u telaq minn fuq il-post.
Nicky Gauci kien akkużat li fis-17 ta’ Awwissu 2023, saq b’mod traskurat fil-Fgura u kkawża ġrieħi gravi lil mara ta’ 45 sena miż-Żurrieq. Hu qed jiġi akkużat li ma waqafx wara l-inċident, li saq mingħajr liċenzja, kif ukoll li kkawża ġrieħi lil persuna oħra.
Il-Qorti qieset rapport ta’ social worker u diversi ċirkostanzi, fosthom li ma kellux rekord kriminali u l-età tiegħu. Għaldaqstant sabitu ħati iżda lliberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor għal tliet snin, filwaqt li tteħditlu il-liċenzja tas-sewqan għal 12-il xahar.
//= $special ?>

