Internazzjonali

IRAN: Donald Trump “mhux kuntent” bl-għażla tal-Mexxej Suprem il-ġdid

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal b’mod ċar li hu ma jaqbilx mal-Iran li għażel lill-Ayatollah Mojtaba Khamenei bħala Mexxej Suprem wara l-qtil ta’ missieru.

Ir-reazzjoni tal-President kienet ċara meta qal li “mhux aċċetabbli li iben Khamenei jmexxi l-pajjiż” minħabba l-fatt li l-President Amerikan jixtieq mexxej li jaħdem għall-paċi u l-armonija ta’ pajjiżu.

Hu xtaq ikun iktar involut fl-għażla tal-mexxej il-ġdid għax ried lil xi ħadd li jkun tajjeb għan-nies u għall-pajjiż.

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Mexxej Suprem “mhux se jdum ħafna” fil-kariga mingħajr l-approvazzjoni tal-Istati Uniti.