It-Tazza l-Kbira 2026 sponsorjata minn BOV se terġa’ ssir bħala l-aktar tiġrija prestiġjuża fil-kalendarju tat-tlielaq taż-żwiemel f’Malta, bil-finali skedata għal nhar il-Ħadd, 12 ta’ April 2026 fil-korsa tal-Marsa, fuq distanza ta’ 2,640 metru.
Organizzata minn Malta Equidrome bl-appoġġ tal-Malta Racing Club, Equestri Malta u Bank of Valletta, l-avveniment se jkun qedi jiċċelebra l-eċċellenza sportiva u l-wirt kulturali Malti.
65 żiemel tal-Klassi Premier se jikkompetu f’sitt heats ta’ kwalifikazzjoni bejn l-14 u l-15 ta’ Marzu, li minnhom joħorġu 24 semi-finalist. Is-semi finali se jsiru fid-29 ta’ Marzu, u l-aqwa żwiemel bl-aħjar ħinijiet javvanzaw għall-finali.
Il-jum finali joffri wkoll divertiment u attivitajiet għall-familja kollha.
//= $special ?>

