Colin Schembri
Hibernians…………………….127
Valletta Dream………………..42
(21-11)(39-14)(41-13)(26-4)
Hibernians taw wirja dominanti u għelbu lil Valletta Dream 127-42 f’partita li kkontrollaw kompletament mill-bidu sal-aħħar. It-tim Pawlist kien superjuri f’kull aspett tal-logħba, bi 33 assist li juru l-mod pożittiv li bih dawru l-ballun u 14-il steal li ġġeneraw attakki veloċi. Il-kontribut kollettiv kien evidenti wkoll mill-bank b’61 punt, filwaqt li l-pressjoni kostanti fid-difiża wasslet għal 30 punt minn turnovers u 49 punt mill-fast break.
Valletta sabu diffikultà kbira biex jidħlu fir-ritmu offensiv u spiċċaw b’percentwal baxx ħafna fix-shooting, fatt li ppermetta lil Hibs jibnu vantaġġ li f’ħin minnhom laħaq 85 punt. Hibs kienu mingħajr Luke Attard u Neil Cassar kien biss fuq il-bank però rkupraw lil Ivan Demcesen filwaqt li Valletta kellhom jirrikoru għall-players mit-tieni diviżjoni Jamal Mullings u Daniel Massa biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ players imweġġgħin bħal Kieron Caruana u Francesco Mifsud Bonnici.
Hibs għamlu l-ewwel seba’ punti tal-partita bi trippla ta’ Stefan Simic u punti minn Ayo Ajiboye. Valletta kellhom il-punti minn Nehemiah Watson u trippla minn Stefan Vincic qabel ma Hibs għalqu s-sessjoni b’run ta’ 8-0 b’baskets ta’ Deonte Jackson għal skor ta’ 21-11.
Hibs komplew bl-istess ritmu ankè fil-ftuħ tat-tieni perjodu meta għamlu run qawwija ta’ 16-0 b’punti minn Matthew Attard u Demcesen fost l-oħrajn. Valletta waqqfu r-run b’basket ta’ Massa però Elijah Simmons bi trippla u Ajiboye malajr irrispondew għal Hibs. Valletta kellhom trippla minn Stefan Vincic bil-Hibs iwieġbu b’ħames punti mingħajr risposta bi trippla oħra ta’ Jackson. Hibs għalqu l-perjodu bi break ta’ 12-2 bi trippli minn Jackson u Teo Gjurovski għal skor ta’ 60-25.
It-tielet taqsima kienet ukoll f’idejn Hibs li kellhom diversi runs li bihom bdew ikabbru l-vantaġġ kontinwament. L-ewwel waħda kienet ta’ 9-0 bi trippla ta’ Matthew Attard qabel ma Valletta wieġbu permezz ta’ Vincic u Watson. Run oħra ta’ 12-0 rat lil Hibs jiftħu vantaġġ ta’ 56 punt fis-seba’ minuta 88-32. Għal kumplament tas-sessjoni kien hemm aktar punti minn Hibs fosthom trippla ta’ Jackson għal skor ta’ 101-38.
L-aħħar sessjoni kienet biss formalità fejn spikkat run oħra ta’ 18-0 ta’ Hibs mill-ħames minuta ‘l quddiem bi trippli minn Attard u Luke Farrugia biex rebħu l-partita 127-42.
Hibernians: N. Cassar, E. Simmons 15, A. Ajiboye 18, L. Farrugia 8, P. Stelmach 11, V. Kustudja 3, D. Jackson 24, M. Attard 21, T. Gjurovski 5, I. Demcesen 17, S. Simic 5.
Valletta Dream: N. Watson 14, J. Mullings 1, D. Massa, S. Vincic 15 F. Lisondra 6, P. Marotta 4, M. Rieger 2.
Referees: Nestor Rincon, Wendell Lim, Leonardo Silvero.
The Plaza Depiro……………..58
Starlites Revive………………..81
(17-11)(22-17)(11-22)(8-31)
It-tielet taqsima fetħet bi trippla ta’ Felix Uadiale għal Depiro flimkien ma’ Cornelius biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 14-il punt 46-32. Starlites bdew ir-rimonta tagħhom bi break ta’ 9-0 bil-punti ta’ Jackson Threadgill u Matthew Scerri u naqqsu d-distakk għal 5 punti 46-41. Depiro kellhom żewġ baskets minn Trevon Reddish bi trippla ta’ Threadgill bejniethom.
Sa’ tmiem is-sessjoni, Starlites irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs 50-50 wara punti minn Fee u A. Felice Pace. L-aħħar taqsima kienet storja differenti hekk kif Starlites ħarġu l-aqwa tagħhom u rebħuha 31-8. Trippla ta’ Michael Debattista tat il-vantaġġ lil Depiro għall-aħħar darba fil-partita. Minn hemm ‘il quddiem Starlites għamlu run ta’ 24-2 fejn il-veloċita tagħhom ħasdet lill-avversarji. Ix-shooters ta’ Starlites sabu jdejhom u kellhom it-trippli minn A. Felice Pace, Threadgill u punti kontinwi minn Fee u Scerri. Basket ta’ Bozovic waqqfilhom ir-run però l-vantaġġ ta’ Starlites kien komdu u bl-isforz kbir li għamlu fl-aħħar taqsima evitaw l-ewwel telfa tal-istaġun u ħarġu rebbieħa 81-58.
The Plaza Depiro: T. Reddish 13, J. Micallef, N. Zivkovic, L. Stefanovic 4, JP Schembri 3, A. Trapani, C. Cornelius 17, F. Uadiale 13, M. Debattista 3, N. Bozovic 5.
Starlites Revive: A. Felice Pace 13, K. Fabri, T. Fee 16, A. Aquilina, I. Felice Pace 5, M. Fabri, Z. Said Hollier, M. Scerri 10, J. Threadgill 24, K. Xuereb, G. Camilleri. M. Jallow 13.
Referees: Miguel Pablo De Flavia, Andre Attard, Jacques Seifert.
Luxol Sherries Estates………92
Athleta AtoZ……………………..72
(11-26)(24-11)(29-14)(28-21)
It-tielet sessjoni fetħet b’basket fuq kull naħa filwaqt li trippla ta’ Stefan Cappello poġġiet lil Luxol fuq quddiem. Athleta wkoll kellhom trippla minn Duffy, però l-istess għamel Nathan Xuereb fuq in-naħa l-oħra. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin bl-Athleta jmorru fuq quddiem għall-aħħar darba wara trippla ta’ Isaac Bonnett fis-seba’ minuta 51-49. Minn hemm ‘l quddiem, Luxol bdew run ta’ 15-0 b’10 punti u żewġ trippli minn Darron Howard flimkien ma’ trippla oħra ta’ Cappello għal skor ta’ 64-51.
Athleta ppruvaw jirkupraw fil-bidu tal-aħħar taqsima bi trippli ta’ Juan Cefai u Little u fis-sitt minuta naqqsu d-distakk għal seba’ punti 69-76. Luxol kellhom seba’ free-throws konsekuttivi minn Mark Iloube u Brewer biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 14-il punt. Little ġab żewġ punti lura, però l-ħin kien favur Luxol li għamlu sitt punti oħra mingħajr risposta biex finalment ħarġu rebbieħa 92-72.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 23, A. Azzopardi 4, I. Azzopardi, N. Xuereb 12, J. Johnson 14, M. Brincat 2, M. Iloube 2, X. Brewer 27, S. Cappello 8, S. Marra.
Athleta AtoZ: K. Fabri 1, M. Duffy 6, S. Ebelashvili 7, R. Vitale 1, I. Bonett 5, L. Borg 10, O. Little 39, J. Cefai 3, M. Farrugia.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Wendell Lim
//= $special ?>

