Colin Schembri
Caffè Moak Luxol……….84
Athleta……………………….58
(26-19)(18-10)(27-16)(13-13)
Caffe Moak Luxol għelbu lill-Athleta 84-58 wara prestazzjoni kollettiva fejn il-kontroll tal-logħba kien kważi kontinwu.
It-tim ta’ Luxol kien aktar aggressiv fid-difiża b’14-il steal u sfrutta dawn is-sitwazzjonijiet biex jiġbor 29 punt mill-fast breaks. Il-kontroll tar-rebounds kien ukoll fattur importanti (59 kontra 40), filwaqt li l-fond tat-tim deher b’20 punt mill-bank.
Athleta kellhom persentaġġ baxx speċjalment fil-baskets fatt li ppermetta lil Luxol jibnu vantaġġ li f’ħin minnhom laħaq it-30 punt. Luxol kienu mingħajr Gwen Carabott u Athleta inkludew lil Kimberly Cilia għall-ewwel darba.
Luxol fetħu b’basket ta’ Sarah Sciberras u Athleta rrispondew bi trippla ta’ Kaya Calleja. Olivia Wikstrom għamlet l-ewwel trippla ta’ Luxol li komplew b’run ta’ 12-1 b’aktar punti minn Wikstrom u Lisa Fenech Pace għal skor ta’ 17-6. Athleta kellhom risposta minn Calleja u Macy Tyler Smith però Ella Abela u Wikstrom bit-tielet trippla wieġbu għal Luxol. Athleta għamlu l-aħħar sitt punti tat-taqsima minn Nicole Vella u trippla ta’ Smith għal skor ta’ 26-19.
Fit-tieni perjodu, Luxol komplew bi break ta’ 14-2 bi trippli minn Wikstrom u Eve Axisa flimkien ma’ L. Fenech Pace u Jada Said u fetħu vantaġġ ta’ 19-il punt 42-23. Athleta rnexxielhom inaqqsu d-distakk b’run qasira ta’ 6-2 biex fl-intervall Luxol kienu 44-29 minn fuq.
Fit-tielet taqsima wara basket ta’ Wikstrom u trippla n-naħa l-oħra minn Vella, Luxol għamlu run ta’ 16-0 bil-punti fost l-oħrajn minn Sarah u Lisa Fenech Pace, Vanya Baldacchino u Sarah Sciberras. Athleta waqqfuhom bi trippla ta’ Smith però Luxol ukoll kellhom it-trippli minn Baldacchino u Axisa. Athleta għalqu bi trippla ta’ Smith però Luxol kellhom vantaġġ sabiħ ta’ 26 punt 71-45.
Athleta bdew l-aħħar taqsima b’disa’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Calleja. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet b’sitt punti konsekuttivi minn Wikstrom u S. Fenech Pace għal skor ta’ 77-54 fis-sitt minuta. Fl-aħħar minuti, Athleta skurjaw biss mill-free-throw line filwaqt li Luxol kellhom il-punti minn Lisa u Rebecca Fenech Pace għal skor finali ta’ 84-58.
Caffè Moak Luxol: K. Magro, E. Axisa 9, L. Fenech Pace 15, H. Galea, R. Fenech Pace 4, A. Xuereb, J. Said 4, E. Abela 1, S. Fenech Pace 5, O. Wikstrom 37, V. Baldacchino 6, S. Sciberras 3.
Athleta: E. Farrugia, J. Schembri, N. Vella 11, K. Calleja 11, K. Caruana, M. Tyler Smith 34, N. Cassar, K. Cilia, K. Abela 2, L. Camilleri, L. Farrugia, A. Pisani.
Referees: Leonardo Silvero, Wendell Lim
Hibernians………………58
Starlites Revive……….70
(13-14)(14-21)(20-11)(11-24)
Starlites Revive għelbu lil Hibernians 70-58 wara tliet telfiet konsekuttivi kontra tagħhom. Hibs issa ġew milħuqa minn Luxol għalkemm żammew l-ewwel post b’differenza ta’ baskets aħjar fil-konfront dirett. Starlites ukoll fetħu tamiet ġodda li jevitaw ir-raba’ post hekk kif fadal tliet partiti għat-tmiem l-ewwel fażi u l-bidu tal-play-offs.
Starlites kellhom persentaġġ aħjar fit-three pointers hekk kif għamlu 10 minn 27 tentattiv filwaqt li Hibs għamlu biss 2 minn 23. Il-partita kienet kumbattuta bil-vantaġġ jinbidel għal 8 darbiet. Nota negattiva għal Starlites kienet l-ammont ta’ free-throws li fallew, xi ħaġa li Christina Curmi trid taħdem fuqha għall-fażi finali tal-istaġun.
Starlites irreġistraw lill-Amerikana Makaila Napoleon għall-kumplament tal-istaġun li kienet magħhom l-istaġun li għadda. L-ewwel punti tal-partita waslu minn trippla ta’ Steffi De Martino. Starlites kellom risposta bi 8 punti konsekuttivi ta’ Mikela Riolo b’żewġ trippli.
Għal Hibs kien hemm il-punti ta’ De Martino flimkien ma’ Maria Bonett u Josephine Diaby qabel ma Starlites reġgħu għamlu sitt punti oħra. Hibs għalqu t-taqsima bi trippla ta’ De Martino għal skor ta’ 13-14.
Fit-tieni perjodu Starlites fetħu għal darb’oħra bi trippli ta’ M. Riolo u Georgia Haverlock qabel ma Marie Buhagiar u De Martino wieġbu għal Hibs. Starlites però kellhom aktar trippli din id-darba minn Jasmine Abela u Napoleon u għalkemm bejniethom kien hemm risposta ta’ Hibs u De Martino, basket ta’ Ylenia Ferrando għalaq it-taqsima fuq skor ta’ 35-27.
Wara l-intervall kien hemm sensiela ta’ free-throws fuq iż-żewġ naħat bil-Hibs jagħmlu sitta wara xulxin minn Macleod u Diaby u naqqsu d-distakk għal 3 punti. Starlites kellhom risposta minn Philippa Riolo però punti konsekuttivi minn Lara Micallef u Macleod raw lil Hibs imorru fuq quddiem 42-41. Starlites wieġbu bi trippla ta’ M. Riolo però kienu Hibs li temmew it-taqsima punt minn fuq 47-46.
Hibs kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tal-aħħar perjodu bil-punti ta’ Sasha Lecuyer. Hawn però wasal l-aqwa mument ta’ Starlites meta għamlu run ta’ 18-2 b’diversi punti ta’ Napoleon flimkien ma’ Naudi, P. Riolo u Michela Zammit Cordina. Hibs ippruvaw jirkupraw b’żewġ baskets wara xulxin minn Macleod però Starlites malajr wieġbu bil-punti ta’ Mikela u Philippa Riolo biex ikkontrollaw l-aħħar sforzi tal-Pawlisti u rebħu l-partita 70-58.
Hibernians: M. Buhagiar 2, L. Micallef 6, I. Agius, S. Lecuyer 5, M. Bonett 1, S. De Martino 9, M. Marmara, N. Farrugia, H. Macleod 25, J. Diaby 10, K. Sammut.
Starlites Revive: Y. Ferrando 2, M. Riolo 16, P. Riolo 11, M. Zammit Cordina 6, A. Cassar Seguna, R. Naudi 3, G. Haverlock 5, B. Sciberras, L.M. Zammit, M. Napoleon 16, J. Abela 9, J. Dabic 2.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Leonardo Silvero.
Betsson Depiro 126
Valletta Dream 21
(29-5)(31-8)(36-6)(30-2)
Betsson Depiro għamluhom erba’ rebħiet minn erba’ partiti kontra Valletta Dream dan l-istaġun meta b’wirja superjuri ħarġu rebbieħa126-21.
Depiro kienu mingħajr Nicole Agius u Valletta kienu għal darb’oħra b’formazzjoni ridotta għal 5 players hekk kif irkupraw lil Alexis Cutajar però kienet nieqsa Marie Elise Pollacco. Il-coach ta’ Depiro għażel li jibda biż-żgħażagħ Claire Portelli u Hannah Farag fl-ewwel ħamsa tiegħu. Ftit li xejn hemm x’jintqal fuq din il-partita hekk kif kienet dominju totali ta’ Depiro mill-ewwel minuti. Fost l-oħrajn huma għamlu run ta’ 16-0 b’punti minn Lovely Sonnier, Farag, Julia Borg u Claire Portelli. It-taqsima għalqet fuq skor ta’ 29-5. It-tieni perjodu kien bl-istess andament minkejja li Naudi bidel il-ħames players kollha. Kien hemm trippla fuq kull naħa minn Alexia Parnis u Ylenia Mangion u run oħra ta’ 16-0 minn Depiro għal skor ta’ 60-13.
Depiro bdew it-tielet taqsima b’14-il punt mingħajr risposta bi trippli ta’ Sonnier u Borg qabel ma Valletta għamlu l-ewwel punti minn Parnis. Wara run oħra ta’ 15-0 minn Depiro, Valletta kellhom l-aħħar żewġ baskets għal skor ta’ 96-19.
L-aħħar taqsima kienet biss formalità bid-Depiro jgħaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Julia Borg Xerri f’run ta’ 22-0 b’diversi punti minn Claire Privitera u trippla ta’ Samira Deguara. Parnis għamet l-uniku basket ta’ Valletta f’din it-taqsima li għalqet b’erba’ baskets oħra minn Depiro għal skor finali ta’ 126-21.
Betsson Depiro: Y. Mangion 7, K. Fenech Ishmael, J. Borg Xerri 17, J. Mallia 2, C. Privitera 25, C. Fenech 4, J. Borg 19, C. Portelli 4, N. Borg, L. Sonnier 25, S. Deguara 13, H. Farag 10.
Valletta Dream: M. Trapani, A. Parnis 13, A. Cutajar 2, H. Grixti, M. Mifsud 6.
Referees: Gordon Barbara, Andre Attard
//= $special ?>

