Futbol Sport

Kaos u vjolenza wara r-rebħa ta’ Celtic fuq Rangers f’Ibrox

Il-pulizija u l-istwards kellhom jifirdu lill-partitarji wara li Ir-rebħa ta’ Celtic fuq Rangers fit-Tazza Skoċizza, f’Ibrox ġiet imntampa minn xeni ta’ vjolenza.
Il-pulizija u l-istwards kellhom jifirdu lill-partitarji wara li Ir-rebħa ta’ Celtic fuq Rangers fit-Tazza Skoċizza, f’Ibrox ġiet imntampa minn xeni ta’ vjolenza.

Ir-rebħa ta’ Celtic fuq Rangers fit-Tazza Skoċizza, f’Ibrox ġiet imntampa minn xeni ta’ vjolenza wara l-penalty deċiżiv skorjat minn Tomas Cvancara ta’ Celtic, li temm partita bla gowls ta’ 120 minuta.

Partitarji miż-żewġ naħat invadew il-grawnd u nqabdu ħdejn il-Broomloan Road Stand, fejn kien hemm madwar 7,500 partitarju ta’ Celtic. Din kienet l-ewwel allokazzjoni sħiħa ta’ partitarjii away mill-2018.

Il-pulizija u l-istwards kellhom jifirdu lill-partitarji hekk kif inxteħtu flares u oġġetti, b’diversi arresti magħmula. Il-Pulizija Skoċizza ikkundannat il-vjolenza bħala “mistħija” u kkonfermat li xi uffiċjali u partitarji ndarbu.

Il-Kap Superintendent, Kate Stephen qalet li l-uffiċjali kellhom jiffaċċjaw “vjolenza estrema” u wiegħdet investigazzjoni flimkien mal-SFA u ż-żewġ klabbs.

Stuart Murphy, kap tal-Assoċjazzjoni tal-Partitarji tal-Futbol Skoċċiz, sejjaħ l-inċident “diżastru” li ħammeġ ir-reputazzjoni tal-partitarji onesti. Il-Prim Ministru John Swinney ddeskrivieh bħala “totalment inaċċettabbli”, u ta l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Pulizija biex jidentifikaw lil dawk involuti.

Il-kowċis Martin O’Neill ta’ Celtic) u Danny Rohl ta’ Rangers) esprimew id-diżappunt dwar kif il-ferħ inbidel f’kaos, filwaqt li l-eks attakkant Chris Sutton sejjaħ ix-xeni “tal-mistħija” għall-futbol Skoċċiż.

L-SFA ħabbret investigazzjoni li tista’ twassal għal sanzjonijiet, filwaqt li għad hemm inċertezza dwar l-allokazzjonijiet futuri ta’ biljetti għall-partitarji tal-Old Firm. Din kienet l-ewwel darba f’sitt snin li klabb ingħata sezzjoni sħiħa ta’ partitarji barranin, deċiżjoni li issa tinsab taħt reviżjoni.

Iż-żewġ timijiet huma mistennija jerġgħu jiltaqgħu aktar tard dan l-istaġun f’Celtic Park, f’partita li żgur se tkun taħt sorveljanza stretta.