Internazzjonali

L-aggressur ta’ Bondi Beach talab sigurta’ għall-familja

Naveed Akram, is-suspettat ewlieni fl-attakk ta’ Bondi Beach, beda proċeduri fil-Qorti biex jipprojbixxi lill-midja milli tippubblika dettalji dwar il-familja tiegħu minħabba tħassib dwar is-sigurtà tagħhom.

L-akkużat ta’ 24 sena, qed jaffaċċja 59 akkuża – kollha relatati mal-attakk tal-14 ta’ Diċembru waqt festival Lhudi.

L-avukat tiegħu talab li ma jiġux ppubblikati l-ismijiet u l-indirizzi ta’ ommu, ħuh u oħtu. U l-Magistrat approva ordni temporanja; iżda osserva li isem ommu diġà deher fuq il-midja soċjali.

Intant, filmati misjuba fuq il-mobile ta’ Naveed kienu urew li hu u missieru kienu ispirati mill-grupp tal-Istat Iżlamiku… u pjanaw dan l-attakk diversi xhur qabel.