Ekonomija Internazzjonali

Laqgħa urġenti tal-G7 se tiddiskuti l-kriżi li ġabet magħha l-gwerra fil-Golf

Il-pajjiżi tal-G7 illum se jiltaqgħu għal summit imsejjaħ b’urġenza sabiex jiddiskutu l-kriżi globali li qed teskala kaġun tal-gwerra kontra l-Iran u l-instabbiltà fir-reġjun tal-Golf. Dan hekk kif il-prezz taż-żejt issa qabeż il-$100 kull barmil.

Il-kriżi żviluppat kaġun tat-tensjonijiet kbar li hemm f’dan ir-reġjun, u t-theddid mill-Iran fuq bastimenti li jgħaddu miz-zona ta’ Hormuz.

Il-Ministri tal-Finanzi mill-aktar pajjiżi industrijalizzati fid-dinja se jiddiskutu din is-sitwazzjoni li qed tkompli teskala minn jum għall-ieħor. U mhux eskluż li jingħata permess speċjali biex jintużaw ċertu riservi taż-żejt.