F’intervista esklussiva, il-preżentatur Malti Mark Azzopardi żar ir-raħal Taljan ta’ Montecchio fejn iltaqa’ mal-kantanta leġġendarja Orietta Berti biex jitkellmu dwar il-mumenti ewlenin tal-ħajja u tal-karriera tagħha.
Matul il-konversazzjoni, Berti rriflettiet fuq il-karriera mużikali tagħha li ilha għaddejja aktar minn sittin sena, kif ukoll fuq il-memorji u l-esperjenzi li sawruha bħala artista.
Hija fakkret ukoll b’emozzjoni f’ħabib Malti għażiż tagħha, Oscar, li miet riċentement, u li kien parti importanti mir-rabta tagħha ma’ Malta.
Berti tkellmet ukoll dwar l-entużjażmu tagħha li terġa’ tiltaqa’ mal-pubbliku Malti waqt il-kunċert tagħha fil-31 ta’ Mejju organizzat minn AD events fil-Mediterranean Conference Centre f’Valletta, fejn se tippreżenta selezzjoni mill-aktar kanzunetti magħrufa tagħha.
Biljetti għall-kunċert minn www.showshappening.com
//= $special ?>

