Qorti

Raġel mixli li hedded lil martu b’imqass

Raġel miż-Żejtun tressaq il-qorti akkużat li hedded lil martu b’imqass u kkawżalha biża’ serja ta’ vjolenza. Il-qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.


Anthony Grech, ġie mixli li nhar is-7 ta’ Marzu 2026 għall-ħabta tal-10:30am jew ftit qabel, ġewwa residenza fiż-Żejtun, ikkawża lil martu biża’ li setgħet tintuża vjolenza kontriha.


Fil-qorti ntqal li aktar kmieni dak in-nhar il-koppja kienet marret l-isptar biex iżżur tarbija li twieldet lil wieħed minn uliedhom. Waqt din iż-żjara it-tifel ma kellimx lill-missieru, li jiġi l-imputat. Wara li rritornaw id-dar, allegatament inqala’ argument bejn il-miżżewġin.


Skont il-prosekuzzjoni, waqt dan id-diżgwid l-imputat allegatament qal lil martu li ma jridx lill-ibnu jitħol ġewwa d-dar, u mbagħad qabad imqass u heddida li joqtola bih u sabtu ma’ magna tal-ħjata.
Il-qorti semgħet ukoll li l-mara ħasset li kienet f’periklu serju.


Grech jinsab akkużat li kkawża biża’ ta’ vjolenza kontra martu u li heddidha b’oġġett li seta’ jintuża bħala arma, kif ukoll li għamel theddid jew ingurji fil-konfront tagħha.


Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Christian Cauchi.


Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest għall-imputat, iżda l-qorti ċaħdet din it-talba u ordnat ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma u l-familjari tagħha.


L-akkużat qed jiġi rrappreżentat mill-avukat Viktor Fenech.